Kontracezzjoni

Diversi metodi ta' kontraċezzjoni li jistgħu jintużaw biex tiġi evitata tqala mhux pjanata. L-ebda metodu ta' kontraċezzjoni ma huwa 100% sikur ħlief astinenza. Huwa importanti li wieħed jinnota li b' ċerti metodi ta kontraċezzjoni mhux bilfors jipprovdu protezzjoni kontra infezzjonijiet li jittiehdu mis-sess.

Għandek tikkonsulta mat-tabib tiegħek biex jiddeċiedi dwar liema metodu ta' kontraċezzjoni l-aħjar jaqdi l-bżonnijiet tiegħek.

 

Il-metodi kollha tal-kontraċezzjoni jistgħu jkunu kklassifikati f’erba’ tipi ewlenin. Dawn huma:

     il-metodi naturali għall-ippjanar tal-familja

     il-metodi ta’ twaqqif

     il-metodi ormonali

     il-metodi kirurġiċi