LGBTI issues

Li tkun omosesswali jew lisbjana jfisser li tkun attirat lejn persuni tal-istess sess. Il-persuni li jidentifikaw irwieħhom bħala bisesswali huma attirati kemm lejn in-nisa kif ukoll lejn l-irġiel. Filwaqt li ċerti persuni jemmnu li din hija biss għażla, iżda filfatt mhijiex.

 

L-orjentazzjoni sesswali għandha titqies bħala kontinwazzjoni, aktar milli wieħed jiġi ttikkett bħala omosesswali, eterosesswali jew bisesswali. L-omosesswalità u l-eterosesswalità huma ż-żewġ punti estremi tal-kontinwazzjoni, u ħafna min-nies ikunu jinsabu xi mkien fin-nofs.

 

Minħabba l-istigma soċjali li għadha marbuta mal-omosesswali, il-lisbjani u l-bisesswali, dawn il-persuni huma f’riskju akbar li jsofru minn depressjoni u ansjetà. Għalhekk huwa importanti li tieħu ħsieb is-saħħa mentali tiegħek. Fittex l-appoġġ. Filwaqt li tista’ tħoss li l-familja jew sħabek ma jifhmukx, hemm persuni li jifhmu dak li tkun għaddej minnu. Huwa importanti li jkollok grupp ta’ appoġġ li fih tħossok komdu.