Koncepiment

Konċepiment jew inkella tnissil ifisser li toħroġ tqila. Dan jiġri meta l-isperma tar-raġel tiffertilizza l-bajd tal-mara. Għal xi nisa, dan jiġri fi ħdan ċiklu, iżda għal oħrajn jista' jieħu perjodu itwal ta' żmien. Is-sess mingħajr protezzjoni regolarment iżid iċ-ċansijiet tat-tqala. L-isperma mbagħad tivvjaġġa ġewwa t-tubi fallopjani sabiex tiltaqa’ mal-bajda meħlusa. Huwa diffiċli li tkun taf eżattament meta l-bajda tiġi meħlusa sakemm mintix qed tipprattika ippjanar naturali tal-familja. Kull xahar l-bajda jew okkażjonalment bajd jinħelsu. L-inforra tal-utru tkun ħoxna tistenna din il-bajda sabiex tiġi impjantata fil-ħitan tagħha. Il-mukus ċervikali wkoll isir irqaq sabiex jgħin l-isperma fil-vjaġġ. Jekk il-bajda ma tissodisfax l-isperma l-inforra tal-ġuf jitneħħa bħala mestrrwazzjoni.

Sabiex tifhem it-tnissil u t-tqala, inti għandek tikkonsulta t-taqsima dwar l-anatomija sesswali u fiżjoloġiċi tal-irġiel u tan-nisa u biex tifhem ċ-ċiklu mestrrwali tal-mara u kif isseħħ il-mestrwazzjoni.