Mestrwazzjoni

Huwa importanti li titkellem mal-bniet dwar il-menstrwazzjoni qabel fil-fatt jiġihom l-ewwel period, minħabba li d-demm u l-iskumdità possibbli jistgħu jifxluhom jew ibeżżgħhom. Kellimhom dwar l-użu tal-pads u t-tampons, għalkemm xi wħud jissuġġerixxu li t-tampons ma għandhomx jintużaw fl-ewwel stadji tal-pubertà minħabba li jistgħu jċarrtu l-imene. Madankollu, dan huwa improbabbli ħafna peress li l-ispazju fl-imene jespandi biex jakkomoda t-tampon. Spjega wkoll li l-ħajt tal-utru jkollu kisja demm bħala tħejjija biex jirċievi bajda fertilizzata. Jekk il-bajda ma tiġix fertilizzata, il-kisja taqa’ u t-tfajla jkollha l-period. Tfajla tista’ toħroġ tqila qabel ma jibda jiġiha l-period. Dan għaliex il-bajda normalment timmatura eżatt qabel l-ewwel period, għalkemm dan mhux dejjem ikun il-każ. Il-fertilizzazzjoni xorta tista’ sseħħ u din iżżid ir-riskji ta’ kumplikazzjonijiet għall-omm u t-tarbija.