Tqala

Jekk l-isperma tingħaqad mal-bajda tista’ sseħħ tqala. Diversi tibdiliet fil-ġisem jiġru sabiex it-tarbija tiġi akkomodata fil-ġuf, bħal żieda fil-livelli ta' ormoni, żieda fl-inforra tal-ġuf u ż-żieda fil-provvista tad-demm. Iktar ma jkunu għoljin il-livelli tal-ormoni, il-mara tqila iktar kapaċi tkun emozzjonali u irritata.

 

Kull sperma u bajda fiha 23 par kromożomi. Meta jngħaqdu flimkien jipproduċu bniedem li jkollu 46 kromożoma. Il-kromożomi fihom ġeni li jġorru s-sess tat-tarbija, ix-xagħar, l-għajnejn u l-kulur tal-ġilda u karatteristiċi oħra. Il-kromożomi tas-sess tal-missier jistgħu jkunu jew X jew Y imma l-kromożomi tal-omm huma dejjem XX. Għalhekk huwa l-missier li jiddetermina s-sess tat-tarbija. Jekk il-kromożomi huma XY huwa tifel, jekk il-kromożomi huma XX hija tifla.

 

Li taqbeż il-perjodu tal-mestrrwazzjoni hija waħda mill-indikazzjonijiet li tkun tqila. It-tqala tista' tkun żmien speċjali għall-koppja. Xi nisa jistgħu jħossuhom fl-aħjar tagħhom waqt it-tqala. Madankollu xi nisa jistgħu jesperjenzaw mard filgħodu, dardir jew rimettar fi kwalunkwe ħin tal-ġurnata jew tal-lejl. Xi nisa jħossuhom aktar għajjienin mis-soltu, iħossu sidirhom akbar jew iktar artab jew ikollhom sensazzjoni ta’ tnemnim. Xi nisa jistgħu jeħtieġu li jgħaddu l-awrina aktar ta' spiss anke matul il-lejl, tiġihom kilba għal oġġetti speċifiċi tal-ikel, ikollhom aktar mukus vaġinali, jitilfu l-interess fit-tabakk jew ikel speċifiku jew ikollhom sens iktar qawwi li jxommu. Jekk taħseb li inti tqila kellem lit-tabib tiegħek u agħmel test tat-tqala.