Puberta'

Is-subien u l-bniet għandhom ikunu jafu dwar il-bidliet li jkunu se jaraw f’ġisimhom, kif ukoll il-bidliet fis-sess oppost:

  • Kulħadd jiżviluppa fi stadji differenti
  • Kemm is-subien u kemm il-bniet jibda jitlagħlhom is-suf pubiku u taħt idejhom, is-suf tas-saqajn isir aktar folt u jiskura
  • Is-subien jista’ jitlagħlhom is-suf ma’ wiċċhom
  • L-akne hija komuni waqt il-pubertà
  • Il-ġenbejn tal-bniet jitwessgħu u sidirhom jikber
  • Spallejn is-subien jinfetħu
  • Huwa normali li taħseb aktar dwar is-sess
  • Xi drabi s-subien jista’ jkollhom “wet dreams” u jeġakolaw waqt li jkunu reqdin
  • Il-pene u t-testikoli jikbru
  • Il-vuċi tas-subien issir aktar ħoxna