Tqala Adoloxxenti

Skont l-Uffiċċju Nazzjonali tal-Istatistika, fl-2011 twieldu 32 tabija lil tfajliet li għandhom minn 16-il sena ’l isfel f’Malta. Fl-2004, twieldu 187 tarbija minn ommijiet bejn is-16 u d-19-il sena. Hemm għadd ta’ fatturi li jżidu ċ-ċansijiet ta’ tqala fl-etajiet ta’ bejn it-13 u d-19-il sena, bħal trobbija minn ġenitur wieħed jew superviżjoni aktar laxka mill-ġenituri/gwardjani, aħwa akbar li jkunu sesswalment attivi u għajxien f’kundizzjonijiet ta’ faqar finanzjarju u/jew emozzjonali. Huwa aktar probabbli li ż-żgħażagħ bejn it-13 u d-19-il sena li joħorġu tqal ikunu ġew abbużati u għalhekk ma jkunux użaw protezzjoni.

 

Huwa aktar probabbli li l-ommijiet li jkollhom bejn it-13 u d-19-il sena jsofru minn konsegwenzi fiżiċi, mentali u soċjali. Pereżempju, l-ommijiet ta’ bejn it-13 u d-19-il sena għandhom aktar ċans li jsofru minn depressjoni u ansjetà peress li t-twelid ta’ tarbija jista’ tkun esperjenza trawmatizzanti għalihom. Hemm probabbiltà akbar li t-tarbija tagħhom ikollha kumplikazzjonijiet ta’ saħħa bħal piż baxx fit-twelid u mortalità ogħla tat-trabi. Hemm ċans akbar li t-tfal ta’ ommijiet żgħar isiru ġenituri meta jkun għadhom żgħar huma stess. L-ommijiet żgħar x’aktarx iwaqqfu l-istudji tagħhom aktar kmieni, ma jkollhomx kwalifiki u jiddependu mill-benefiċċji soċjali minflok ikunu parti mill-forza tax-xogħol.

 

Servizz Għożża jagħmel parti mid-Direttorat għas-Servizzi tal-Istudenti li joffri appoġġ lill-ġenituri żgħażagħ, liema appoġġ jiffoka fuq l-iżvilupp tal-persuna, problemimabutamas-saħħa, edukazzjoni dwar it-tqala, problemi marbuta mar-relazzjonijiet, probemi soċjali kif ukoll informazzjoni dwar id-diversi professjonisti li jistgħu jgħinu waqt it-tqala. Jiġu offruti terapija tal-familja u servizz ta’ konsulenza, kif ukoll appoġġ edukattiv kontinwu biex b’hekk il-ġenituri jkunu jistgħu jkomplu l-istudji tagħhom.

 

Ġenituri li jkunu qed jistennew tarbija jistgħu jiġu riferuti għand Għożża.

 

Tista’ ssib aktar informazzjoni fuq il-link ta’ hawn taħt:

http://schoolnet.gov.mt/guidance/Servizz%20Ghozza.htm