Nisa

Skont l-Organizzazzjoni Dinjija tas-Saħħa, “Is-saħħa sesswali hija stat ta’ benesseri fiżiku, mentali u soċjali fir-rigward tas-sesswalità. Dan jitlob approċċ pożittiv u ta’ rispett lejn is-sesswalità u r-relazzjonijiet sesswali, kif ukoll il-possibbiltà li wieħed ikollu esperjenzi sesswali li jagħtuh pjaċir u li jkunu siguri fl-istess ħin, mingħajr ġegħil, diskriminazzjoni u vjolenza.”

 

Il-pjaċir sesswali huwa aspett importanti tas-saħħa sesswali, u fil-fatt hemm diversi vantaġġi marbutin ma’ ħajja sesswali sana. Il-ħajja sesswali ttejjeb ir-relazzjonijiet, għandha benefiċċji bħat-tnaqqis tar-riskju tal-kanċer tal-prostata u l-problemi kardijaċi u tista’ wkoll ittaffi l-uġigħ minħabba r-rilaxx tal-oxytocin u l-endorfini. Tgħin ukoll biex ittejjeb is-stima personali tal-individwu, speċjalment fil-kuntest ta’ relazzjoni sana u tgħin biex tnaqqas l-istress.

 

Din il-websajtgħandha l-għan li tipprovdi informazzjoni dwar id-diversi aspetti tal-ħajja sesswali. Jekk għandek xi dubji jew tixtieq aktar informazzjoni, għandek tfittex pariri esperti mingħand diversi professjonisti tas-saħħa fil-qasam tas-saħħa sesswali.