Sess Orali

Is-sess orali jinvolvi l-istimulazzjoni tal-vaġina jew il-pene bil-ħalq, ix-xofftejn jew l-ilsien. Hemm riskju akbar li wieħed jiġi infettat meta jkun qed jagħti s-sess orali milli meta jirċevih. Dan ir-riskju jista’ jitnaqqas jekk jintlibes kondom jew dental dam.

Għandek tevita s-sess orali jekk ikollok feriti, qtugħ jew ulċeri ma’ ħalqek jew mal-ġenitali peress li dawn iżidu r-riskju tat-trażmissjoni tal-infezzjonijiet. Kemm jista’ jkun possibbli evita li tibla’ meta jkollok fluwidi vaġinali jew semen f’ħalqek. Għandek tipprova tevita wkoll li togħrok jew taħsel snienek qabel is-sess orali, minħabba li l-ħanek jista’ jkun irritat wara li jinogħrok b’mod vigoruż. Għandek tevita s-sess orali wkoll jekk ikollok piercings mhux imfejqin jew infjammati fil-ħalq jew fil-ġenitali jew jekk ikollok infezzjoni fil-griżmejn.

Ma tistax tinqabad tqila bis-sess orali.L-istampa t'hawn taħt turi kondoms togħma differenti li jagħmlu s- sess orali aktar pjaċevoli u aktar sigur.