Żgħażagħ

Hekk kif tibda timmatura fiżikament u emozzjonalment, is-sesswalità tiegħek issir aktar importanti. Hija ħaġa normali li jibda jkollok aktar xewqat u ħsibijiet sesswali, kif ukoll li tibda taħseb kif tixtieq tesprimi s-sesswalità tiegħek. Hemm diversi modi kif tista’ tkun intimu sesswalment ma’ xi ħadd u dawn il-modi mhux neċessarjament jinkludi sess penetrattiv.

 

Jekk taħseb li int lest għas-sess, huwa importanti li tħoss li tista’ titkellem dwar dan mal-partner/a tiegħek; x’kontraċettivi se tużaw, ir-relazzjoni preċedenti tiegħek u l-istorja sesswali tiegħek.

 

Għandek tikkunsidra wkoll li tkellem lil xi adult li tafda u li jista’ jagħtik informazzjoni valida, kif ukoll jgħinek taħseb fuq kif qed tħossok. Jekk taħseb li m’intix komdu titkellem dwar dan, forsi jfisser ukoll li għadek m’intix lest biex tkun sesswalment attiv.