Abort

It-tmiem ta’ tqala b’kawżi naturali qabel l-għoxrin ġimgħa tat-tqala hu meqjus bħala abort spontanju jew korriment; u wara l-għoxrin ġimgħa hu magħruf bħala ħlas qabel żmienu. Iżda l-aborti spontanji huma għalkollox differenti mittifsira popolari li nagħtu lill-abort, li hi marbuta mat-tmiem volontarju tat-tqala; imsejjaħ ukoll abort intenzjonat jew abort volontarju. F’termini mediċi, dan hu magħruf bħala abort terapewtiku meta jsir biex tkun salvata l-ħajja tal-mara tqila u li tkun se tmut jekk tkompli bit-tqala tagħha. Iżda l-abort volontarju ħafna drabi ma jkollux x’jaqsam mal-problemi ta’ saħħa fiżika tal-embrijun jew tal-omm. Id-dibatittu fuq l-abort volontarju hu, u ilu għal għexieren ta’ snin, wieħed mill-aktar dibattiti kontroversjali u mqanqla madwar id-dinja.

 

Il-proċeduri tat-twaqqif tat-tqala

Iż-żewġ tipi ta’ proċeduri biex titwaqqaf it-tqala huma:

 

     l-aborti kirurġiċi

 

     l-aborti mediċi

 

Ħafna drabi, il-proċedura li tintgħażel tkun tiddependi mill-età tal-iżvilupp u tad-daqs tal-embrijun jew tal-fetu, mal-progress tat-tqala. Sal-aħħar tad-disgħinijiet, kważi l-aborti kollha li saru użaw proċeduri kirurġiċi, u kważi kollha użaw it-teknika tal-‘vacuum aspiration’. Illum, ħafna millaborti li jsiru fil-bidu tat-tqala (ġeneralment fl-ewwel 12-il ġimgħa tat-tqala) jużaw proċedura li tissejjaħ Manual Vacuum Aspiration (MVA), magħrufa wkoll bħala ‘mini-suction’. Din it-teknika tinkludi apparat b’siringa li jitħaddem bl-idejn jew apparat bil-vacuum li jaħdem bl-elettriku u li jinżamm fl-idejn. It-teknika tal-vacuum aspiration, bħalma jindika isimha stess, tinkorpora tubu żgħir li jiddaħħal fl-għonq tal-utru tal-mara biex jinħoloq vacuum ħafif li jiġbed il-kontenut tal-utru, inkluż l-endometriju (l-inforra tal-utru) li jkun parti mill-embrijun. Il-proċedura tieħu sa 15-il minuta u – fejn l-abort hu legali – issir fl-uffiċċju tat-tabib jew fil-klinika bil-loppju lokalizzat. L-effetti ta’ wara din il-proċedura jinkludu uġigħ fiż-żaqq u xi ftit dmija. Aktar kumplikazzjonijiet serji jistgħu jinkludu tiċrita jew infezzjoni fil-ħajt tal-utru.

 

It-tieni l-aktar teknika komuni ta’ abort kirurġiku ssir permezz ta’ proċedura li tissejjaħ Dilatation and Curettage (D&C) li hi proċedura ġinekologa standard li ssir għal diversi raġunijiet, inkluż għall-eżaminazzjoni tal-ħajt tal-utru għal mard li jista’ jkun hemm u għal dmija mhux normali. It-terminu curettage jirreferi għat-tindif tal-ħitan tal-utru permezz ta’ strument kirurġiku b’forma ta’ mgħarfa, imsejjaħ curette. L-Għaqda Dinjija tas-Saħħa tirrakkomanda li dil-proċedura tintuża biss meta l-vacuum aspiration manwali ma tkunx disponibbli.

 

Jekk it-tqala tkun ipprogressat wara l-ewwel trimestru, il-proċedura normali li biha titwaqqaf it-tqala ssir permezz tad-Dilation and Evacuation, jew D&E. Din hi aktar invażiva u estensiva, peress li sat-tieni trimestru (mit-13 sas-26 ġimgħa) it-tqala tkun stabbiliet ruħha aktar u l-fetu li jkun qed jiżviluppa fl-utru jkun akbar u għalhekk ikun meħtieġ li l-għonq tal-utru jitwessa’ aktar. Biex jitneħħa l-fetu, u ħafna mill-kontenut tal-utru li jkun fadal, jiddaħħal tubu tal-vacuum. Imbagħad, wara tiddaħħal l-imgħarfa kirurġika, jew il-curette, biex jitnaddaf sew il-ħajt tal-utru. Din il-proċedura ġeneralment issir fi sptar bħala ‘operazzjoni ta’ ġurnata’, billoppju ġenerali. L-effetti ta’ wara jinkludu ġbid u weġgħat għal diversi sigħat u dmija għal madwar ġimagħtejn. F’każijiet rari tista’ tinqala’ xi kumplikazzjoni serja li tikkaġuna ħsara jew tiċrita fil-ħajt tal-utru, ħafna dmija u infezzjoni.

 

Fl-aħħar snin naqsu l-aborti kirurġiċi fil-bidu tat-tqala u żdied l-użu tal-metodi mediċi għal tmiem it-tqala. L-abort mediku hu bbażat fuq mediċini speċifiċi, magħrufa wkoll bħala mediċini farmaċewtiċi tal-abort. F’każ li jfalli l-abort mediku, il-metodu kirurġiku jtemm il-proċedura. F’ħafna mill-pajjiżi Ewropej, il-maġġoranza tal-aborti mediċi jsiru qabel id-disa’ ġimgħa tat-tqala.

 

Il-kumplikazzjonijiet tal-abort

 

Il-proċeduri msemmija għall-waqfien tat-tqala, ġeneralment huma meqjusa siguri u effettivi. Diversi studji wrew li abort wieħed li jsir fl-ewwel trimestru tat-tqala għandu ftit li xejn effett fit-tul fuq il-fertilità tal-omm biex toħroġ tqila u jkollha t-tfal fil-futur. Iżda l-effetti tal-aborti li jsiru aktar tard fit-tqala, jew ta’ aktar minn abort wieħed, fuq il-fertilità u t-tqala għad iridu jiġu stabbiliti bi studji xjentifiċi.

 

Madankollu, meta l-abort isir b’mod illegali u minn persuna li ma jkollhiex it-taħriġ u l-ħiliet meħtieġa, u f’kundizzjonijiet li ma jkunux konformi mal-istandards mediċi minimi, jew lil hinn mill-ambjent mediku, jista’ jkun hemm diżabilitajiet permanenti, infertilità u saħansitra l-mewt tal-omm. In-nisa tal-pajjiżi li qed jiżviluppaw għandhom l-inqas aċċess għasservizzi tal-ippjanar tal-familja u l-inqas riżorsi biex iħallsu għal proċeduri ta’ abort sigur; huma wkoll l-aktar nies li x’aktarx ikollhom kumplikazzjonijiet relatati mal-abort mhux sigur li jkunu għamlu.

 

Il-kumplikazzjonijiet minħabba abort insigur jikkawżaw ilmard u huma l-kawża ewlenija ta’ mwiet materni. L-Għaqda Dinjija tas-Saħħa stmat li madwar 68,000 mara madwar id-dinja jmutu kull sena minħabba abort li ma jkunx sigur. Minbarra mewt, il-kumplikazzjonijiet li jistgħu jinqalgħu jinkludu infezzjonijiet, emorraġija, u problemi fl-organi interni, u jistgħu jwasslu wkoll għal problemi ta’ saħħa fit-tul bħal uġigħ kroniku, mard infjammatorju tal-pelvi, u infertilità. Ġie stmat li 5.3 miljun persuni jsofru minn diżabilità temporanja jew permanenti.

 

Minbarra l-impatt negattiv immedjat fuq saħħet il-mara, abort insigur huwa wkoll ta’ piż finanzjarju sinifikanti għallindividwu u għas-sistema tal-ħarsien tas-saħħa pubblika. Il-kumplikazzjonijiet marbuta ma’ abort mhux sigur jistgħu jwasslu, ngħidu aħna, għall-mewt tal-mara li tkun qed tiled; ħaġa li twassal biex it-tfal jisfaw bla omm, għat-tnaqqis tal-produttività tal-mara, kemm ġewwa u barra d-dar, żieda fil-piż finanzjarju tal-familji foqra u għal nuqqas ta’ kapaċità biex jitħarsu t-tfal, kif ukoll għal effetti mhux mixtieqa firrelazzjonijiet sesswali. L-ispejjeż ta’ dawn in-nisa u l-familji tagħhom jinkludu l-ħlas għas-servizzi mediċi, il-mediċina, u l-provvista relatata; u inqas dħul minħabba waqfien mixxogħol. L-aborti insiguru huma wkoll ta’ piż finanzjarju fuq is-sistemi tas-saħħa u l-kura soċjali u jżidu bil-kbir l-ispejjeż għat-tmexxija u ż-żamma tas-sistemi tas-saħħa pubblika. F’ħafna pajjiżi, in-nisa li ma jkunux temmew abort huma parti sostanzjali mill-pazjenti li jidħlu l-isptar minħabba problemi ġinekologi. Barra minn hekk, it-trattament tagħhom jista’ jtul għal diversi jiem fl-isptar, li jissarraf f’ħin twil għall-istaff, fi trasfużjoni tad-demm u fl-użu tal-loppju ġenerali.

 

L-esperjenza psikoloġika u emozzjonali tal-abort

 

Ħafna nies, b’mod żbaljat, jemmnu li d-deċiżjoni tal-mara li twaqqaf it-tqala tagħha hi faċli, issir bla ħsieb jew li tindika attitudni ta’ indifferenza. L-emozzjoni primarja li jirrappurtaw ħafna nisa wara li jkunu għamlu abort hija ta’ serħan. Iżda ħafna nisa rari jiddeskrivu l-esperjenza b’dan il-mod. Irriċerka turi li ħafna jkunu mweġġgħin, ikollhom reazzjonijiet emozzjonali konfużi u jħossuhom imħawda bil-kbir fuq ittqala mhux mixtieqa tagħhom u fuq id-deċiżjoni li jkunu ħadu biex iwaqqfuha.

 

L-abort mhux xi ħaġa li ħafna nisa jagħżlu li jiddiskutuha maloħrajn. Ħafna konxji bil-firxa ta’ opinjonijiet li għandhom innies fuq dan is-suġġett u jħossuhom f’riskju li jiġu ġġudikati għax ikunu nqabdu tqal mingħajr ma ħadu l-prekawzjonijiet meħtieġa, jew għax ikunu għażlu li jagħmlu abort. Minħabba f’hekk, ħafna nisa ma jingħatawx l-opportunità li jgħaddu minn din l-esperjenza emozzjonali bl-għajnuna tal-oħrajn. Dan jista’ jwassal biex ikun hemm reazzjoni negattiva li ddum ma sseħħ. Xi wħud jistgħu jesperjenzaw emozzjonijiet ta’ ħtija, mistħija, dwejjaq, dipressjoni, rabja, ansjetà, tħassib fuq il-ġudizzju tal-oħrajn, iżolament, u saħansitra titkissrilhom ir-relazzjoni li jkunu fiha. Meta dawn l-emozzjonijiet jiġu miċħuda jew imwarrba, maż-żmien jistgħu jerġgħu jfeġġu u jikbru.

 

It-terminu Post-Abortion Syndrome (PAS), jew Post Abortion Stress Syndrome jintuża biex jiddeskrivi l-konsegwenzi emozzjonali u psikoloġiċi tal-abort, u huwa simili għall-PostPartum Depression jew għall-Post Traumatic Stress Disorder. Ftit huma dawk in-nisa li jagħżlu li jagħmlu abort u li jitqiesu li jsofru minn dawn il-konsegwenzi psikoloġiċi negattivi severi għal perjodu qasir jew fit-tul. Xi xjenzati soċjali jargumentaw li din il-kundizzjoni ma teżistix, u li l-aħjar ħaġa li biha tista’ tbassar kif se jkunu l-emozzjonijiet tal-mara wara l-abort hi li tara x’livell ta’ ħajja jkollha qabel it-tqala.

 

Illum, ħafna mill-professjonisti tas-saħħa mentali jaqblu li meta mara tkun qed tikkunsidra l-għażliet tagħha għal tqala mhux ippjanata t-tobba, il-kliniċi u l-konsulenti għandhom jippruvaw jagħtu l-għajnuna bla ma jiġġudikaw u billi jpoġġu lilhom innifishom minflok il-mara partikolari, jew inkella jirreferu lill-mara għal servizzi ta’ konsulenza psikoloġika jew reliġjuża jekk jissuspettaw li jkollha diffikultà minħabba l-effetti emozzjonali tad-deċiżjoni tagħha li tagħmel abort. Il-mara għandha tingħata kemm jista’ jkun informazzjoni dwar l-għażliet kollha tat-tqala, skont il-ħtiġijiet u x-xewqat personali tagħha, inkluż li żżomm lit-tarbija jew li tagħtiha għall-addozzjoni. Għandha tkun imħeġġa wkoll biex tiddiskuti l-emozzjonijiet dwar it-tqala tagħha, il-potenzjal li ssir ġenitur jew li jkun hemm tarbija ġdida fil-familja, ilħila u x-xewqa tagħha biex trabbi t-tarbija, u l-attitudnijiet tagħha dwar l-abort u l-addozzjoni. L-ambjent mediku u talkonsulenza għandu jkun miftuħ ukoll għal missier it-tarbija, u meta jkun possibbli, il-missier għandu jkun inkluż fil-proċess tat-teħid tad-deċiżjoni.

 

F’Malta jeżisti grupp ta’ għajnuna għall-kriżi waqt it-tqala. Dan il-grupp jismu HOPE u huwa wieħed mill-fergħat tal-moviment ta’ favur il-ħajja, Gift of Life. Il-grupp ifittex li jgħin lin-nisa tqal li jkunu qed jikkunsidraw li jtemmu t-tqala tagħhom. Dan il-grupp jaddotta stil ta’ ħidma li ma jiġġudikax u jitkellem mal-ommijiet futuri b’kunfidenzjalità stretta biex jgħinhom jagħmlu deċiżjonijiet infurmati billi jipprovdilhom l-għajnuna u t-tagħrif dwar it-tqala u l-iżvilupp tal-fetu, kif ukoll tagħrif dwar l-għajnuna u l-għażliet li jeżistu għalihom. Il-grupp HOPE joffri testijiet tat-tqala b’xejn u skennjar blultrasound mhux dijanjostiku, jirreferik għand professjonisti (ostetriċi, ġinekologi, u ħaddiema soċjali) u jagħti għajnuna professjonali lin-nisa li jkunu għamlu abort, għajnuna emozzjonali, għajnuna prattika u psikoterapika. Il-grupp joffri wkoll materjal għall-omm u t-tarbija tagħha. 

 

Aktarx li l-uniku punt li hemm qbil dwaru fuq l-abort bejn il-gruppi ta’ favur l-għażla u l-gruppi ta’ favur il-ħajja hi x-xewqa li jitnaqqas in-numru ta’ aborti li jsiru kull sena. Ħafna jargumentaw li jekk l-abort ikun illegali, xorta waħda ma jkunx qed jitwaqqaf milli jsir għax jista’ jsir bil-moħbi jew f’pajjiżi oħra bi proċeduri li ħafna drabi jkunu illegali u insiguri, li saħansitra jistgħu jwasslu għall-mewt tal-omm. Hemm toroq alternattivi għat-tnaqqis tal-aborti, li jsiru diversi argumenti dwarhom, fosthom li titnaqqas it-tqala mhux ippjanata permezz tal-edukazzjoni fuq is-sesswalità u r-relazzjonijiet; bl-edukazzjoni dwar l-abbuż mis-sustanzi relatati mal-alkoħol u d-droga; bl-inkuraġġiment lill-ommijiet biex jagħmlu għażliet aktar b’saħħithom u siguri għall-istil ta’ ħajjithom; u bl-imġiba sesswali billi, fost l-oħrajn, jipposponu l-attività sesswali fl-età tal-adolexxenza; li jadottaw espressjonijiet sesswali alternattivi li huma siguri biex ma jkunx hemm tqala mhux ippjanata u infezzjonijiet mgħoddija sesswalment; u li tiġi kkontrollata t-tqala b’mod effettiv u konsistenti, anke minn dawk li għalkemm ikollhom l-għarfien u jkunu jafu bir-riskji, xorta waħda jagħżlu prattiċi riskjużi ta’ sess penetranti.

 

L-abort f’Malta

 

Skont il-Kodiċi Kriminali ta’ Malta (Kapitlu 9 tal-Liġijiet ta’ Malta), l-abort hu pprojbit fi kwalunkwe ċirkustanza. Ilpersuna li twettaq l-abort tista’ teħel minn 18-il xahar sa tliet snin priġunerija. L-istess piena tgħodd għall-mara li twettaq abort fuqha nnifisha jew li tagħti permess biex isirilha dan. It-tabib, il-kirurgu, l-ostetriku, jew l-ispiżjar li jwettaq l-abort huwa suġġett minn 18-il xahar sa erba’ snin priġunerija u għal projbizzjoni milli jeżerċizza l-professjoni tiegħu tul il-bqija ta’ ħajtu.

 

Fil-gazzetti Maltin kemm-il darba ġie rrappurtat li hu fatt magħruf li n-nisa Maltin li jkunu qed ifittxu biex itemmu t-tqala tagħhom imorru r-Renju Unit jew Sqallija biex jagħmlu abort. L-uniċi rekords ta’ Malta dwar in-numru ta’ nisa li jtemmu t-tqala tagħhom huma dawk tar-Renju Unit u dawk iddokumentati mill-Uffiċċju Nazzjonali tal-Istatistika ta’ Malta – Children 2010 (murija hawn taħt). M’hemmx rekords dwar in-numru ta’ nisa Maltin li jagħmlu abort f’pajjiżi oħra. F’artiklu ppubblikat fil-Malta Independent on Sunday tas-26 ta’ Jannar 2012 (Borg u Vella, 2012) insibu li fl-imgħoddi f’Malta saru proċeduri biex iwaqqfu t-tqala tal-ommijiet fi kliniċi mhux awtorizzati. Madankollu, s’issa m’hemmx xhieda għal dan. Fl-aħħar 20 sena kien hemm medja ta’ 56 abort fis-sena minn persuni Maltin fl-Ingilterra u Wales. L-aktar numru baxx ta’ aborti kien irreġistrat fl-2008, bi 38 abort; u l-ogħla numru rreġistrat kien ta’ 78 fl-2009.

 

HOPE – Crisis Pregnancy Support

 

F’Malta jeżisti grupp ta’ għajnuna għall-kriżi ta’ waqt it-tqala. Dan il-grupp bl-isem HOPE hu wieħed mill-fergħat tal-moviment favur il-ħajja, Gift of Life, li jfittex li jgħin lil nisa tqal li jkunu qed jikkunsidraw li jtemmu t-tqala tagħhom. Il-grupp jaħdem bi stil li ma jiġġudikax u jkellem lil dawk li jkunu se jsiru ommijiet b’kunfidenzjalità stretta ħalli jiksbu l-għajnuna u l-informazzjoni dwar it-tqala u l-iżvilupp tal-fetu, u jsiru konxji tal-għajnuna u l-għażliet li jeżistu għalihom. Il-grupp HOPE jipprovdi testijiet tat-tqala b’xejn u jagħti s-servizz ta’ skennjar bl-ultrasound mhux dijanjostiku, jirreferi n-nisa tqal għand ostetriċi, ġinekologi, u ħaddiema soċjali) u jagħti wkoll għajnuna professjonali lin-nisa li jkunu għamlu abort, għajnuna emozzjonali, għajnuna prattika u għajnuna psikoterapika. Dan il-grupp joffri wkoll materjal għallomm u t-tarbija tagħha.

 

Għal tagħrif ieħor ikkuntattja lill-Grupp fuq: 2141 8055 jew fuq:  hope@lifemalta.org.

 

Rachel’s Vineyard

 

Rachel’s Vineyard joffri servizz ta’ fejqan għal wara l-abort. Dan il-programm iservi ta’ opportunità għal dawk li jkunu għamlu abort biex jeżaminaw l-esperjenza tagħhom, jidentifikaw x’impatt kellha t-telfa fuqhom flimgħoddi u fil-preżent, u jgħinhom biex jagħrfu u jsolvu l-emozzjonijiet li jsofru ħafna nisa wara li jkunu wettqu abort. Minħabba n-nuqqas ta’ emozzjonijiet u s-segretezza li ħafna drabi jkun hemm f’esperjenza ta’ abort, l-emozzjonijiet kunfliġġenti li jkun hemm waqt u wara dan l-episodju iebes, jibqgħu ma jissolvewx. Dawn l-emozzjonijiet midfuna jistgħu jerġgħu joħorġu u jkunu sintomi ta’ trawma ta’ wara l-abort.

 

Il-koppji miżżewġa, l-ommijiet, il-missirijiet, in-nanniet u l-aħwa ta’ tfal li jkunu ġew abortiti, kif ukoll il-persuni involuti fl-industrija tal-abort ressqu lejn Rachel’s Vineyard biex ifittxu l-paċi u l-fejqan intern. Biex tkun taf aktar, ċempel jew ikteb lil:

 

Nina jew lil Chris Sansone fuq 7924 8842

 

Indirizz elettroniku: chrissansone@onvol.net