Il-Kappa

Hemm ukoll il-kappa tal-għonq tal-utru. Din hi simili ħafna tad-dijaframma imma hi iżgħar u tkun magħmula mil-lastiku jew mill-hypoallergenic silicone. Tgħatti biss l-għonq talutru u żżomm bil-ġibda tal-arja. Il-kappa tal-għonq tal-utru tgħin biex tippreveni t-tqala għax taħdem bħala ostaklu billi twaqqaf l-isperma u l-bajda milli jiltaqgħu. Hemm tliet tipi ta’ kapep, li huma l-vault cap li hi tajba għan-nisa li għandhom l-għonq tal-utru qasir; is-cervical cap li hi tajba għal dawk li għandhom l-għonq tal-utru twil; u l-vimule cap li torbot flimkien liż-żewġ kapep l-oħra u taqbad mal-ħajt tal-vaġina.

 

Il-kappa teħel bħad-dijaframma. Il-mara li tkun trid tużaha, l-ewwel trid teżamina l-vaġina, imbagħad trid titgħallem tużaha minn professjonist/a tas-saħħa. Huwa rrakkomandat li kull 6 xhur isiru visti u eżamijiet ta’ rutina għand persuna professjonali. Il-kappa trid titħalla fil-vaġina għal mill-anqas 6 sigħat wara l-att sesswali iżda mhux għal aktar minn 48 siegħa biex ikunu evitati r-riskji ta’ mard toxic fil-partijiet ġenitali u ta’ ulċeri minħabba l-pressa. Mal-kappa tal-utru huwa ssuġġerit li jintużaw ukoll il-krema jew il-ġell spermiċidali. Dawn joffru protezzjoni kontraċettiva għal 3 sigħat. Wara dan il-ħin, jekk l-att sesswali ma jkunx sar, ikun hemm bżonn li jiddaħħal aktar minnhom permezz ta’ pessarju vaġinali.

 

Meta dil-kappa tintuża bil-għaqal u b’konsistenza tkun 80% effettiva fin-nisa li jkunu wildu diġà fl-imgħoddi, u 91% f’dawk li ma jkunu wildu qatt. Dawn iċ-ċifri jistgħu jintlaħqu wkoll meta tintuża l-ispermiċida, għall-prevenzjoni tat-tqala fl-ewwel sena tal-użu. Meta mara tuża l-kappa tal-utru b’mod tipiku imma mhux b’attenzjoni, l-effiċjenza tagħha tkun ta’ 68% għal dawk li fl-imgħoddi jkunu wildu u ta’ 84% għan-nisa li ma jkunu wildu qatt, inkluż bl-użu tal-ispermiċida għallprevenzjoni tat-tqala fl-ewwel sena tal-użu.

 

                               

 

 

 

 

                            CER


 

L-iżvantaġġi

 

     Teħtieġ il-motivazzjoni

     Trid tintuża kif suppost u b’mod konsistenti għall-aħjar   

 riżultat

     Trid tintuża ma’ spermiċida u għalhekk tista’ titqies bħala xi  

 ħaġa maħmuġa

     Tista’ tkun aktar diffiċli biex tiddaħħal u titneħħa

 middijaframma

     Ma toffrix protezzjoni kontra l-HIV

 

Il-vantaġġi

 

     Tiġi kkontrollata mill-mara

     Tista’ toffri xi protezzjoni kontra l-kanċer tal-għonq tal-utru

 u xi infezzjonijiet li jinxterdu sesswalment

     M’għandhiex effetti sistemiċi

     Tipprovdi lubrikazzjoni fil-vaġina

     Tista’ tintuża waqt il-menstruwazzjoni

     Tagħti ċ-ċans lill-mara biex tmiss u tiskopri l-partijiet intimi

 ta’ ġisimha

     Ma żżidx is-sintomi urinarji u ċ-ċesti

 

Kontraindikazzjonijiet

 

     Il-klijenta ġieli ma tkunx tista’ ssib l-għonq tal-utru

     L-għonq tal-utru ma jkunx kompatibbli eż. fl-għamla, fil-

 pożizzjoni tiegħu

     Tqala

     F’każ li jkun hemm xi dmija fil-parti ġenitali, l-ewwel trid

 tiġi eżaminata u trattata din

     Nuqqasijiet fil-vaġina jew fl-għonq tal-utru li kienu jeżistu

 mit-twelid (konġenitali)

     Allerġija għal-lastiku jew għall-ispermiċida

     F’każ li jkun hemm xi infezzjoni fil-vaġina, fl-għonq tal-utru

 jew fil-pelvi, l-ewwel trid tiġi investigata u trattata din

     Każijiet imgħoddija ta’ mard tossiku fil-partijiet ġenitali

     Xi nisa ma jkunux jistgħu jmissu l-parti ġenitali tagħhom

 minħabba raġunijiet personali jew reliġjużi