Coitus Interruptus

Il-coitus interruptus hu dak il-metodu meta r-raġel joħroġ il-pene mill-vaġina qabel l-eġakulazzjoni, waqt l-att sesswali.

 

Madankollu, dal-metodu ta’ kontraċezzjoni jista’ jqajjem frustrazzjoni u ansjetà sesswali. Ir-raġel jista’ jħossu kemxejn beżgħan mir-responsabbiltà imposta fuqu biex joħroġ il-pene qabel l-eġakulazzjoni. Dan jista’ jnaqqaslu s-sens ta’ pjaċir waqt l-att sesswali u jista’ jwassal għal problemi fl-erezzjoni. Ilmara tista’ tkun imħassba fuq il-ħila ta’ seħibha biex juża dan il-metodu billi jwaqqaf il-penetrazzjoni sesswali tiegħu fil-ħin, ħalli jevitaw tqala; u minħabba f’hekk tista’ tħoss nuqqas ta’ sodisfazzjoni waqt l-att sesswali hi wkoll.

 

L-Iżvantaġġi

·        L-effiċjenza tiegħu hi baxxa

·        Ma joffrix protezzjoni kontra l-HIV u infezzjonijiet oħra li jinxterdu sesswalment

·        Jista’ jnaqqas il-pjaċir minħabba li jfixkel l-att sesswali

·        Jista’ jwassal għal disfunzjoni fis-sistema sesswali

·        Kontraindikazzjoni assoluta

 

Il-Vantaġġi

·        Jista’ jintuża faċilment

·        M’hemmx bżonn konsultazzjonijiet ma’ professjonisti tas-saħħa

·        Aċċettat minn ċerti reliġjonijiet

·        Ma’ jinvolvix spejjeż finanzjarji

·        Jiġi kkontrollat mill-koppja

 

Kontradizzjonijiet

·        L-irġiel ikollhom eġakulazzjoni kmieni