Il-kondom tan-nisa huwa rqiq, artab u wiesgħa, u jiġi f ’diversi qisien. Għandu ċirku fuq ġewwa u fuq barra. Iċ-ċirku ta’ ġewwa, li qiegħed fit-tarf il-magħluq, jgħin biex il-kondom ikun jista’ jidħol. Iċ-ċirku ta’ barra, li qiegħed fit-tarf il-miftuħ tal-kondom, joqgħod ċatt mal-vulva u jgħatti biċċa millparti ġenitali ta’ barra. Għalhekk, meta tqabblu mal-kondom tal-irġiel, joffri aktar protezzjoni mill-infezzjonijiet trażmessi sesswalment. Il-kondom tan-nisa jippreveni l-isperma milli tidħol fil-vaġina għax jagħlqilha l-passaġġ. Fl-effiċjenza għattwaqqif tat-tqala, dan il-kondom hu simili għal dak tal-irġiel. Saru biss ftit studji ta’ riċerka dwar l-effiċjenza tal-kondoms tan-nisa, imma dawn jindikaw li din tvarja minn 79% fl-użu tipiku sa 98% fl-użu perfett.
L-iżvantaġġi
• Jista’ jdejjaq għax jagħmel xi ftit tal-ħsejjes
• M’għandux dehra sabiħa f’għajnejn ħafna nisa u s-sieħeb tagħhom
• Jeħtieġ il-motivazzjoni
• Jista’ jitqies ta’ tfixkil waqt l-att sesswali
Il-vantaġġi
• Jagħti lin-nisa l-kontroll u l-għażla fuq is-saħħa sesswali
tagħhom
• Rari ħafna li jiċċarrat
• Inaqqas is-sensittività, meta mqabbel mal-kondom tal-
irġiel
• Magħmul minn materjal ipoallerġeniku u hu tajjeb biex
jintuża minn dawn li huma allerġiċi għal-lastiku tal-latex
• Ma jiddependix mill-erezzjoni tal-pene biex jiddaħħal
u m’hemmx għalfejn tneħħih mill-ewwel, eżatt wara l-
eġakulazzjoni
• Bil-maqlub tal-kondom tal-irġiel, mhux issikkat
• Jipproteġi mill-infezzjonijiet trażmessi sesswalment u
kontra l-HIV
• Jista’ jintuża ma’ lubrikanti bbażati fuq iż-żejt (ħlief dawk li
huma magħmula mil-latex)
• M’għandux effetti sistemiċi
Kontraindikazzjonijiet
• Jekk ikun hemm xi infezzjonijiet fil-vaġina, fl-għonq tal-
utru jew fil-pelvi, dawn iridu jiġu ttrattati minn qabel
• In-nisa li jużawh ma jkunux jistgħu jmissu l-parti ġenitali