Intra-Uterine Device

 

Dan l-oġġett jiddaħħal mill-kanal tal-għonq tal-utru minn speċjalista mediku biex jippreveni t-tqala. Għandu bħal ħjut li jiddendlu ’l isfel fil-vaġina, u li l-mara tkun tista’ tħosshom b’subgħajha biex tassigura li jkun imqiegħed sewwa. Jeżistu diversi minnhom li huma liċenzjati għax ikunu jistgħu jitħallew fl-utru għal perjodi li jvarjaw minn 3 sa 8 snin (skont it-tip ta’ IUD). Dan jippreveni t-tqala billi jdgħajjef il-possibbiltà li l-isperma u l-bajda jiltaqgħu għax ibiddel il-fluwidi tat-tubu Fallopjan u tal-utru. Għalhekk ma jħallix li ssir il-fertilizzazzjoni. Jikkawża wkoll reazzjoni li tirrita l-inforra u l-ħajt tal-utru, u jagħmilha diffiċli biex l-embrijun jiġi ppjantat.

 

Hemm aktar minn 10 tipi differenti ta’ IUDs tar-ram. Dan l-aħħar ġiet introdotta sistema ta’  IUD magħrufa bħala s-sistema ta’ ġol-utru (intra-uterine system - IUS) li taħdem b’ormon (il-proġestoġen), għandha inqas effetti mhux mixtieqa, hi iżjed effiċjenti, u sservi sa 10 snin. Dawn ittipi huma deskritti aktar ’il quddiem f’taqsima ddedikata għall-kontraċezzjoni ormonali. Id-deċiżjoni dwar liema IUD jiddaħħal fil-mara tiddependi mid-daqs tal-utru li jkollha.

 

Jekk tkun tixtieq tinqabad tqila, il-mara tista’ tneħħi l-IUD meta trid. Dan għandu jsir minn speċjalista mediku li jkun qed jara l-ħjut tal-IUD fil-vaġina ħalli jkun jista’ jiġbdu ’l barra minnha bil-mod. Huwa rrakkomandat li l-IUDs jitneħħew sena wara l-menopawsa minħabba t-tħassib li jistgħu jikkawżaw il-ħmieġ fl-utru.

 

L-Effiċjenza

 

 L-IUD hu effettiv bejn 98% sa kważi 100% fil-prevenzjoni mittqala, skont it-tip tiegħu. Il-kontraċettivi l-ġodda għandhom rati ta’ falliment ta’ inqas minn 1 f’kull 100, wara sena jintuża.

 

 L-iżvantaġġi

     Menstruwazzjoni twila u b’ħafna dmija

 

     Uġigħ kbir waqt il-menstruwazzjoni

 

     Żieda fir-riskju ta’ tqala barra mill-utru jekk l-IUD ma

 

 jaħdimx

 

     Żieda fir-riskju ta’ infezzjoni fil-pelvi

 

     L-IUD jista’ joħroġ waħdu mill-ġisem tal-mara

 

     Tiċrit tal-utru, tal-musrana jew tal-bużżieqa tal-awrina

 

     L-IUD jista’ jitpoġġa f’pożizzjoni ħażina

 

     Tqala kkawżata mit-tneħħija, minn tiċrita jew minn

 

 pożizzjoni ħażina

 

 

 

Il-vantaġġi


 

     Effettiv mill-ewwel

 

     Ma jittiħdux mediċini

 

     Jista’ jitneħħa u hu effettiv ħafna

 

     Ma jfixkilx l-att sesswali penetranti

 

     Kontraindikazzjonijiet assoluti

 

     Tqala

 

     Dmija fil-parti ġenitali mhux eżaminata

 

     Każijiet imgħoddija ta’ tqala barra mill-utru

 

     Infezzjoni fil-pelvi jew fil-vaġina; wara li tkun ittrattata jista’  

 

 jiddaħħal IUD

 

     Nuqqasijiet fl-utru sa mit-twelid (pereżempju utru f’għamla  

 

 ta’ qalb - bicornuate uterus)

 

     Allerġija għall-komponenti tal-IUD (eż. ir-ram)

 

     Il-Wilson’s disease

 

     Tibdil tal-valv tal-qalb jew każijiet imgħoddija ta’ batterja  

 

 fid-demm jew fil-valvi tad-demm (bacterial endocarditis)

 

 minħabba żieda fir-riskju ta’ infezzjoni

 

     HIV u AIDS minħabba tnaqqis fis-sistema immunitarja u

 

 żieda fir-riskju ta’ infezzjoni

 

 

 Kontraindikazzjonijiet relattivi


 

     Każijiet imgħoddija ta’ infezzjoni fil-pelvi

 

     Uġigħ kbir waqt il-menstruwazzjoni u/jew menstruwazzjoni

 

 twila b’ħafna dmija

 

     Fibromi u endometrijożi