Kondom Maskili

Kondom jintlibes fuq il-pene qabel kuntatt ġenitali (ukoll sess orali). Dan jevita tqala u Infezzjonijiet meħduda mis-sess.

 

Meta jintuża kondom, huwa importanti li:

 

·                 Tuża kwalità tajba

 

·                 Evita ħsara kimika jew fiżika

 

·                 Tużax ma lubrikanti magħmul minn żjut eż. Vaseline

 

·                  Libbes kondom fuq il-pene qabel kuntatt ġenitali u iġbed il-pene ’l barra wara eġakulazzjoni.

 

·                 Ħu ħsieb li ma jkunx hemm taqtir waqt li tinġibed lura, billi żżomm it-tarf ta’ taħt tal-kondom.

 

·                 Uża kull kondom darba biss.

 

Biex kondom ikun ta’ kwalità tajba jrid ikun konformi malispeċifikazzjoni tal-Istituzzjoni tal-Istandards Brittaniċi (BS 3704 1989). Il-kondoms ta’ kwalità tajba li jinbiegħu fil-Komunità Ewropea jridu jkunu konformi mal-istandard Ewropew il-ġdid tal-kondoms. Il-kondoms li għandhom il-marka tal-Istituzzjoni Brittanika (BSI kitemark) u l-Marka Standard Ewropea, magħrufa wkoll bħala l-marka CE talEwropa, huma konformi u jilħqu l-istandards ta’ kwalità u l-kriterji ta’ affidabilità. Għalhekk, kull koppja hi mħeġġa tara li l-kondoms li tixtri jkun fihom il-BSI kitemark u l-marka CE, u li d-data ta’ fuq il-pakkett ma tkunx skaduta.

 

Kif tilbes kondom: 

 

  

 

L-iżvantaġġi

 

     Meqjusa bħala maħmuġa

 

     Meqjusa li jfixklu l-att sesswali

 

     Jeħtieġu l-ippjanar minn qabel

 

     Inaqqsu s-sensittività

 

     Ma jistgħux jintużaw ma’ lubrikanti li huma bbażati fuq iż-żejt, bħall-vażellina

 

Il-vantaġġi

 

     Jiġu kkontrollati mill-koppja

 

     M’għandhomx effetti sistemiċi

 

     Issibhom faċilment

 

     Joffru protezzjoni mill-infezzjonijiet li jinxterdu sesswalment, inkluż mill-HIV

 

     Jistgħu jipproteġu kontra l-kanċer tal-għonq tal-utru

 

 

 

Kontraindikazzjonijiet

 

     Allerġija għal-latex jew għal-lubrikanti bl-ispermiċida

 

     Problemi biex tinżamm l-erezzjoni

 

 

 

Problemi komuni li jwasslu għall-użu ħażin tal-kondoms

 

Ħafna drabi l-bidla minn metodu ta’ kontraċezzjoni għal ieħor twassal biex il-kondom jintuża ħażin u jiċċarrat jew jinqasam, jew saħansitra joħroġ waqt l-att sesswali. Dan spiss jiġri għax ikun intlibes bil-maqlub, għax tkun daħlitlu l-arja, jew inkella għax ikun intmess bi prodott li jinħall fix-xaħam, bħallvażellina jew iż-żejt tat-trabi li jaqsmu l-kondom u jiċċarrat. Diversi sustanzi u preparazzjonijiet, inklużi l-prodotti kollha bbażati fuq iż-żejt, jaffettwaw l-effiċjenza tal-kondom. Dawn jinkludu l-medikazzjonijiet fil-vaġina minħabba xi moffa (bħat-thrush) jew infezzjonijiet oħra.

 

Il-kondoms ġieli wkoll ma jintużawx tajjeb għax jitqattgħu waqt li jkun qed jinfetaħ il-pakkett tagħhom jew għax jintlaqtu b’xi difer jew b’xi ċurkett waqt li jkunu qed jintlibsu. Għalhekk meta jinfetaħ il-pakkett, il-kondom għandu jkun imbuttat ’il barra għall-ġenb biex ma jitqattax. Il-pakkett għandu jingħafas biex il-kondom joħroġ u mhux jinġibed ’il barra bid-dwiefer tal-idejn. Jekk il-kondom jiċċarat minħabba d-dwiefer jew iċ-ċrieket għandu jintrema u jintuża dejjem ieħor ġdid.

 

Nuqqas komuni ieħor tal-kondom jiġri meta dan joħroġ jew jiżloq fil-vaġina wara l-penetrazzjoni sesswali. Dan iseħħ għax ir-raġel ma jirnexxilux iżomm l-erezzjoni sa ma joħroġ il-pene tiegħu mill-vaġina. Il-kondom faċilment joħroġ jekk jintlibes ħażin. Dan għandu jitpoġġa eżatt qabel ma l-pene jkun se jmiss mal-vaġina u għandu jintlibes meta l-pene jkun fl-erezzjoni (imqajjem) u jitrambal sew ’l isfel mat-tul tiegħu kollu. Bl-id l-oħra, għandu jingħafas ’il ġewwa mal-laħam, sarras tal-pene, biex l-arja ta’ ġo fih toħroġ. Wara l-eġakulazzjoni l-pene għandu jinħareġ mill-vaġina billi jinżamm it-tarf t’isfel tal-kondom ħalli jkun żgurat li ma jibqax fil-vaġina u l-pene joħroġ mingħajru.

 

Xi koppji jsibuha diffiċli biex jilbsu l-kondom għax jilmentaw li hu kbir jew żgħir iżżejjed. Ħafna nisa u rġiel jieqfu jużawh ukoll għax jilmentaw minn nuqqas ta’ sensittività. Waħda mirraġunijiet għaliex l-irġiel igergru fuqha hi minħabba li jsibuh issikkat ħafna. Ftit jafu li l-kondoms jiġu f’qisien differenti u jistgħu jinxtraw skont id-daqs tal-pene tagħhom. Il-kondoms kollha jistgħu jitwessgħu u għalhekk m’għandhomx ikunu żgħar iżżejjed. Barra minn hekk, il-kondoms li għandhom it-tarf wiesa’ huma aktar tajbin għal dawk l-irġiel li jilmentaw li l-kondom hu żgħir wisq għalihom, għax jistgħu jtaffulhom il-problema tal-issikkar. Il-kondoms bil-kurvatura huma aktar tajbin għal dawk l-irġiel li jsibuhom kbar iżżejjed. Jeżistu wkoll kondoms ta’ daqs kbir ħafna (extra large) u ta’ daqs żgħir ħafna (extra small).

 

Il-kondoms jistgħu jżidu l-gost tas-sess għax “jagħtu l-permess” lill-koppja biex tmiss u tiskopri aktar fuq il-pene. Il-kondoms jistgħu jintużaw ukoll għal logħob sigur billi ż-żewġ partijiet tal-koppja jlibbsuh flimkien lill-pene tar-raġel. Dil-ħaġa tista’ tagħtihom l-opportunità li jitkellmu fuq il-ħtiġijiet u x-xewqat sesswali tagħhom.