Metodi ormonali

Il-metodi ormonali ta’ kontraċezzjoni jistgħu jkunu kklassifikati f ’diversi modi. Jistgħu jkunu klassifikati skont l-ingredjenti ormonali attivi, bħal:

 

     metodi mingħajr estroġenu (jew bil-proġestoġen biss) u

 

     taħlita ta’ metodi (dawk li fihom l-estroġenu u l-proġestoġen) ,

 

 

 

Jistgħu jkunu klassifikati wkoll mill-‘mod tat-twassil’, jew mill-mod li bih l-ormon tal-isterojda jilħaq il-ġisem tal-mara, bħal:

 

     b’mod orali (tibla’ l-pilloli)

 

     b’injezzjoni (b’injezzjoni depot – injezzjoni taħt il-ġilda li terħi s-sustanza attiva tagħha    b’mod   konsistenti fuq perjodu twil ta’ żmien)

 

     mill-ġilda (bl-użu ta’ stikek apposta)

 

     minn taħt il-ġilda (b’impjanti li jiddaħħlu taħt il-ġilda)

 

     mill-utru (permezz ta’ mezzi kkontrollati li jiddaħħlu fl-utru u jerħu l-ormoni)

 

     mill-vaġina (permezz ta’ mezzi li jiddaħħlu fil-vaġina, bħaċ-ċrieki tal-vaġina)

 

 

Il-pilloli kontraċettivi jinkludu l-pillola kombinata li fiha l-ormoni tal-estroġenu u l-proġestoġen, u l-pillola tal-proġesteron li fiha biss l-ormon tal-proġesteron.  Dawn huma mqassra mill-professjonisti bħala COC u POP, u magħrufa min-nisa bħala ”l-pill” għall-pillola kombinata u ”l-mini pill” għall-pillola tal-prosġestoġen.

Kull tip ta’ kontraċettiv ormonali jeħtieġ konsultazzjoni ma’ professjonist mediku u eżami bir-reqqa qabel dan ikun preskritt.  Il-kontraċettivi ormonali ma’ jistgħux jinxtraw minn spiżerija mingħajr ir-riċetta tat-tabib.

Meta tkun preskritta xi pillola kontraċettiva jew kwalunkwe forma ormonali oħra, huwa rrakkomandat li ssir konsultazzjoni medika dettaljata kull sitt xhur.