Pillola tal-proġestoġen

Il-pillola tal-proġestoġen waħdu (Progestogen-only pill – POP) ġeneralment tissejjaħ il-mini-pill, u tagħti l-impressjoni lin-nisa li hi pillola kontraċettiva b’effettività baxxa. Il-POP għandha diversi vantaġġi fuq metodi oħra li ħafna drabi mhumiex stmati kemm suppost. Din tippreveni t-tqala b’numru ta’ modi, fosthom billi:

     tħaxxen il-mukus tal-għonq tal-utru biex ma tħallix

 l-isperma tgħaddi minnu

     tnaqqas xi ċikli tal-ovulazzjoni

     ma tħallix l-impjantazzjoni ssir mal-endometriju

     tnaqqas il-funzjoni tat-tubu Fallopjan

 

L-effettività ta’ din il-pillola hi ta’ bejn 96% u 99% filprevenzjoni tat-tqala. Jekk tintuża b’mod konsistenti u kif suppost l-effettività tagħha tkun ogħla. Għall-użu tipiku, l-effettività hi aktar baxxa; dan jista’ jkun minħabba l-fatt li l-mara ma tiħux il-pillola fil-ħin. Ir-riċerka wriet ukoll li jekk mara jkollha piż ta’ aktar minn 70kg hemm xejra li tindika li r-rata ta’ falliment hi ogħla.

 

Il-kaxxa ta’ dawn il-pilloli (POP) fiha pilloli bl-istess ammont ta’ proġestoġen li għandhom jittieħdu kuljum. Dil-pillola għandha tibda tittieħed fl-ewwel ġurnata talmenstruwazzjoni u ma jkunx hemm bżonn ta’ prekawzjonijiet oħra. Il-pillola għandha tittieħed kuljum, mingħajr perjodu ta’ waqfien. Jekk tittieħed 3 sigħat tard jew aktar, ilmara għandha tieħu l-pillola meta tiftakar u tuża metodi kontraċettivi oħra bħall-kondoms għas-7 ijiem ta’ wara. Jekk il-mara jkollha dijarea qawwija jew tirremetti f’temp ta’ 3 sigħat minn wara li tkun ħadet il-pillola u ma tiħux oħra, ikollha bżonn tieħu prekawzjonijiet oħra għas-7 ijiem ta’ wara. Iżda jekk ikun hemm xi possibbiltà ta’ tqala, il-pillola m’għandhiex toħodha. Meta mara tibda tieħu dil-pillola, għandha terġa’ tmur għal vista medika wara 3 xhur, jekk ma jkunx hemm problemi. Imbagħad trid tibda tagħmel eżaminazzjoni medika tajba kull 6 xhur.

Meta mara tibda l-kontraċezzjoni orali għandha tiddiskuti r-riskji u l-benefiċċji kollha mat-tabib ħalli tifhem u tiżen ir-riskji u l-benefiċċji tal-pillola kontraċettiva.

 

L-iżvantaġġi

     Biex tkun effettiva trid tittieħed kif suppost

     Tista’ tikkawża ċiklu menstruwali irregolari

     Numru żgħir ta’ nisa biha jiżviluppaw ċesti funzjonali fl-

 għenieqed tal-bajd

     Jekk ma tirnexxix, iżżid iċ-ċans ta’ tqala barra mill-utru

     Tista’ tħalli effett fuq il-kanċer tas-sider.=

 

Il-vantaġġi

 

     Ma tnaqqasx il-ħalib fis-sider tal-omm li tkun qed tredda’

     M’hemmx evidenza li żżid ir-riskju ta’ mard tal-qalb

     M’hemmx evidenza li żżid ir-riskju ta’ trombożi fil-vini

     M’hemmx evidenza li żżid ir-riskju ta’ pressjoni għolja

     Ma tridx titwaqqaf qabel operazzjoni

     Ma tiġix affettwata mid-diversi antibijotiċi li jeżistu, jekk

 tittieħed dejjem fl-istess ħin

     Tajba għan-nisa bid-dijabete jew għal dawk li jbatu minn

 migranji b’uġigħ f’parti speċifika tar-ras

     Tnaqqas l-uġigħ tal-menstruwazzjoni

     Tista’ ttaffi s-sintomi ta’ qabel il-menstruwazzjoni

     Tajba għan-nisa li ma jistgħux jieħdu l-estroġenu

 

 Kontraindikazzjonijiet assoluti

 

     Tqala

     Dmija minn parti ġenitali mhux eżaminata

     Każijiet imgħoddija jew attwali ta’ mard sever fl-arterji

     Nuqqasijiet lipidi severi

     Mard fiċ-ċelloli tal-utru tal-mara (trophoblastic disease)

     Effetti serji fuq is-COC li mhumiex minħabba l-estroġenu

     Każijiet imgħoddija ta’ tqala barra mill-utru

     Mard fil-fwied, adenoma jew kanċer

 

Effetti oħra

 

     Ċesti funzjonali fl-għenieqed tal-bajd

     Sensittività fis-sider

     Nefħa ġenerali fil-ġisem

     Dipressjoni

     Tibdil fil-piż

     Dardir

     Dmija irregolari

     Nuqqas ta’ menstruwazzjoni