L-Metodu tat-temperatura

Il-metodu tat-temperatura jaħdem kemm-il darba hemm żieda żgħira fit-temperatura tal-ġisem wara li jkun hemm ovulazzjoni. Hemm termometri magħmula apposta li jintużaw għall-ippjanar natural tal-familja. Termometru diġitali huwa tajjeb ukoll.


Istruzzjonijiet għall-Metodu tat-Temperatura:

Ħu t-temperatura tiegħek kif tqum kull filgħodu qabel ma tagħmel kull ħaġa oħra u fl-istess ħin ta’ kull ġurnata. Meta tinduna għal tlett ijiem wara xulxin li t-temperatura ta’ ġismek hija ogħla mis-sitt ijiem ta’ qabel, allura hemm probabbiltà li m’intix fertili f’dan il-waqt. Iż-żieda fit-temperatura hija żgħir ħafna, madwar 0.2 Celcius.

Huwa importanti għal mara li tniżżel meta jkollha ċiklu mentruwali għal xi xhur qabel ma tuża dan il-metodu. F’ċiklu ta’ 28 ġurnata mara tista’ tovula 14-il ġurnata wara l-ewwel ġurnata tal-period. Għaldaqstant tista’ toħroġ tqila bejn it-tminn jum u l-għoxrin jum taċ-ċiklu (minħabba l-ħajja tal-isperma u l-oocytes). Mhux in-nisa kollha għandhom dan iċ-ċiklu għalhekk għadhom jagħtu kas mill-qrib iċ-ċiklu tagħhom ħalli jistabbilixxu r-rutina tagħhom u jifhmu ’l ġisimhom aħjar qabel ma jużaw dan il-metodu.