Dmija Wara Kopulazzjoni Sesswali

X'inhuma dmija postkojtali?
Dmija postkojtali tfisser ħruġ ta' demm wara s-sess.

X'jikkawża lil persuna tara d-demm wara s-sess?
Għandek tikkonsulta mat-tabib tiegħek għal aktar investigazzjonijiet biex tistabbilixxi l-kawża.
Il-kawżi possibbli jinkludu:

  • Infezzjoni, bħal marda infjammatorja pelvika (PID), jew infezzjoni trażmessa sesswalment (STI) bħall-klamidja
  • Nixfa vaġinali (vaġinite atrofika) ikkawżata minn sekrezzjonijiet vaġinali mnaqqsa wara l-menopawża
  • Ħsara lill-vaġina, bħal tiċrit ikkawżat mit-twelid, jew minn nixfa jew frizzjoni matul is-sess
  • Polips ċervikali jew endometrijali (tkabbir beninju jew mhux kanċeruż fil-ġuf jew l-inforra taċ-ċerviċi)
  • Ektropjon ċervikali (magħruf ukoll bħala erożjoni ċervikali), fejn hemm ikun hemm infjammazzjoni fuq il-wiċċ taċ-ċerviċi
  • Kanċer ċervikali jew vaġinali