Problemi tal-Ġilda

Sintomi dermatoloġiċi jistgħu jkunu manifestazzjoni ta' infezzjoni li tittieħed sesswalment. Dawn jistgħu jinkludu ulċeri, feriti u raxx tal-ġilda.

Kundizzjonijiet tal-ġilda jistgħu jaffettwaw is-saħħa sesswali. Dawn jistgħu jidhru klinikament bħala ulċeri (eż. sifilide fi stadju primarju), raxx (eż. sifilide fi stadju sekondarju, infezzjoni tal-HIV, skabbja), noduli (felul anoġenitali eż., molluscumcontagiosum), ħakk (skabbja eż., qamel pubiku, infezzjoni tal-HIV) kwittanza (eż. gonorrea u klamidja) u limfadenopatija, li hija lymph nodes palpabbli mkabbra (eż., herpes genitalis, sifilide).