Id-Dijabete

 Id-dijabete 1

 

Id-dijabete tat-tip 1 tista’ tiġi dijanjostikata fi kwalunkwe età, għalkemm tipikament tiġi dijanjostikata matul it-tfulija. Hija kundizzjoni tul il-ħajja tal-marda awtoimmunitarja li teqred b’mod permanenti ċ-ċelluli beta fil-frixa, li jfisser li l-ġisem ma jipproduċix insulina. Id-dieta u l-eżerċizzju huma importanti fl-immaniġġjar tad-dijabete tat-tip 1, iżda dawn ma jistgħux jegħlbu l-marda jew jeliminaw l-ħtieġa għall-insulina.

 

Id-Dijabete 2

 

 Fil-dijabete tat-tip 2 il-ġisem jipproduċi insulina iżda ma jużahiex b'mod effettiv.

Ir-rispons tal-ġisem għall-istimuli sesswali huwa rregolat mis-sistema awtonomika nervuża (jiġifieri nervituri li jikkontrollaw l-organi interni). Dan jikkawża żieda fil-fluss tad-demm lejn il-partijiet ġenitali u l-muskoli. Id-dijabete tikkawża ħsara fil-vini u l-arterji u fin- nervituri, li jistgħu jikkontribwixxu għal disfunzjoni sesswali. Fl-irġiel, din tista' tirriżulta fid-disfunzjoni erettili u l-eġakulazzjoni retrograda. In-nisa jistgħu jbatu minn tnaqqis fil-lubrikazzjoni vaġinali, kopulazzjoni sesswali bl-uġigħ, u tnaqqis fix-xenqa u fir-rispons sesswali. In-nisa bid-dijabete huma wkoll aktar suxxettibbli għal infezzjonijiet fungali li jistgħu jikkawżaw irritazzjoni u uġigħ matul il-kopulazzjoni. Dawn il-problemi huma aggravati minħabba kontroll fqir tal-glukożju fid-demm, pressjoni għolja tad-demm u piż eċċessiv. Il-kumplikazzjonijiet jistgħu għalhekk jiġu evitati permezz ta’ mmaniġġjar  tal-piż u eżerċizzju regolari.