Id-Droga illegali

L-użu tad-droga jista’ jfixkel il-ġudizzju konjittiv u jbaxxi l-inibizzjonijiet, li jagħmlu persunaaktar suxxettibbli li tinvolvi ruħha f’imġiba sesswali riskjuża. L-effetti ta' drogi differenti fuq l-imġiba sesswali u s-saħħa jvarjaw. Madankollu, f'dożi għoljin, id-drogi kollha huma marbuta ma' telf tax-xenqa sesswali. L-użu tad-droga tista' twassal ukoll għal disturbi ta’ tqanqil u orgasmiċi.

Caritas Malta toffri programmi ta' rijabilitazzjoni mid-droga, li joffru appoġġ u trattament għal dawk li jixtiequ jieqfu jużaw d-drogi. Aktar tagħrif jista' jinstab hawn:

http://www.caritasmalta.org/?m=services&id=3

 

Sedqa toffri appoġġ u trattament għal dawk li jixtiequ jieqfu:

https://secure3.gov.mt/socialpolicy/SocProt/family/fsws/sedqa/care_services/care_detoxification.aspx