Problemi Endokrinali

Problemi endokrinali huma relatati ma’ żbilanċ ta’ ormoni.

 

L-estroġeni (ormoni sesswali femminili) jikkawżaw fluss ta’ demm lejn l-organi sesswali, li jwassal għal lubrikazzjoni matul it-tqanqil sesswali. Jaffetwaw ukoll il-burdata u l-irqad u għalhekk jaffettwaw l-interess sesswali. Il-menopawża hija assoċjata ma' tnaqqis fil-livelli tal-estroġenu li jwassal għal tidjiq tal-muskoli vaġinali u nixfa, li jistgħu jnaqqsu x-xenqa sesswali. Xenqa sesswali baxxa tista’ tiġi kkurata b'terapija ormonali.

 

Terapija ormonali  tista’ tkun fil-forma ta' mediċini orali, garża applikata mal-ġilda jew trattament topiku għall-vaġina. Terapija ormonali itejjeb s-sodezza vaġinali, l-elastiċità u l-lubrikazzjoni. Meta applikata għall-vaġina, hija aktar effettiva f'doża iktar baxxa minn meta tingħata bħala pilloli jew irqajja fil-ġilda. Dożaġġ baxx jimminimizza r-riskju ta' attakki tal-qalb, puplesiji u l-kanċer tas-sider.

 

Late Onset Hypogonadism (LOH, jew Andropawża) tista’ sseħħ fl-irġiel, u hija assoċjata ma' tnaqqis fil-livelli ta' testosteron. Din tista' jaffettwa l-funzjoni sesswali billi jonqos il-libido, tonqos il-kwalità u l-frekwenza erettili u tonqos l-erezzjoni kmieni filgħodu. Il-burdata u l-ħsibijiet huma affettwati wkoll. Persuna hija aktar probabbli li tilmenta dwar għejja, irritabilità, burdata baxxa u l-konjizzjoni indebolita. Għandha wkoll sintomi fiżiċi bħal telf ta' piż tal-muskoli, telf ta' massa fl-għadam, żieda ta' xaħam addominali (li jżid ir-riskju ta' attakk tal-qalb) u d-dijabete, fost l-oħrajn. Jeħtieġ li titwettaq aktar riċerka fuq din il-kundizzjoni.