Problemi Newroloġiċi

 Sklerożi Multipla

 

L-Isklerożi Multipla taffetwa s-sistema nervuża ċentrali, li tikkontrolla l-funzjonament konjittiv, motriċi u dak tas-sensi. Hija marbuta ħafna ma’ disturbi orgasmiċi, kif ukoll telf fil-forma tal-muskoli u għejja li jistgħu jagħmlu l-kopulazzjoni sesswali diffiċli.

 

 

Marda tal-Parkinson

 

Hemm numru ta' fatturi involuti fil-funzjoni sesswali indebolita minħabba l-Parkinson. Dawn jinkludu tnaqqis fl-attività dopamine, tnaqqis fil-mobilità u disfunzjoni tas-sistema nervuża awtonomika (ANS). Il-ANS tikkontrolla funzjonijiet tal-ġisem li mhumiex taħt kontroll konxju. Din tista’ taffettwa diversi stadji taċ-ċiklu tar-rispons sesswali (i.e. tqanqil, lubrikazzjoni, orgasmi). Barra minn hekk pazjenti li jbatu minn mard bħal Parkinson jistgħu wkoll ibatu minn dipressjoni u ansjetà, li kapaċi jkollhom impatt ħażin fuq il-funzjoni sesswali.

Koppji fejn xi ħadd ikollu diffikultajiet motriċi ma għandhomx għalfejn jieqfu jgawdu s-sess. Xi koppji jsibuha diffiċli li jaġġustaw ir-rwoli ġodda li t-tnejn li huma għandhom iwettqu (ta’ "pazjent" u "carer”), iżda maż-żmien u bil-komunikazzjoni, in-nies jindunaw li dan jista' jgħinhom sabiex isiru iktar qrib ta’ xulxin. Huwa importanti li l-koppja xorta jqattgħu ħin flimkien jagħmlu affarijiet li t-tnejn jħobbu. L-imħabba u l-intimità huma l-pedament sabiex ikomplu jgawdu s-sess, għalkemm dawn jista' jkollhom bżonn jagħmlu xi aġġustamenti. Pereżempju, dawn jista’ jkollhom jikkunsidraw pożizzjonijiet sesswali jew attivitajiet alternattivi, bħal masturbazzjoni reċiproka jew sess orali.