Problemi tas-Saħħa Mentali

Dipressjoni

 

Id-dipressjoni jista' jkollha impatt sinifikanti fuq l-espressjoni sesswali ta' persuna, l-ewwelnett minħabba nuqqas fl-interess sesswali li huwa sintomu komuni tad-depressjoni. Barra minn hekk, persuna tista' tħossha iżolata mil-partner tagħha, li tkompli l-impatt negattiv fuq ir-relazzjoni. Is-sodisfazzjon sesswali jonqos ukoll. Inizjalment, xi nies isibuha diffiċli biex jittrattaw d-dipressjoni. Xi pilloli kontra d-dipressjoni jistgħu jnaqqsu l-libido u jikkawżaw dewmien tal-orgasmu. Madankollu, mhux il-klassijiet kollha tal-pilloli kontra d-dipressjoni jaffettwaw x-xenqa sesswali bl-istess mod; għalhekk huwa importanti li tiddiskuti l-għażliet differenti ma' tabib. Alternattivament, il-psikoterapija hija effettiva fit-trattament tad-dipressjoni u l-impatt tagħha wkoll.

 

 

Ansjetà

 

 

L-ansjetà hija relatata ma' numru ta' disturbi sesswali, inklużi l-eġakulazzjoni prematura, l-eġakulazzjoni mdewma, l-anorgasmia (inabbiltà ta’ orgażmu fin-nisa), it-tnaqqis fil-libido, id-disfunzjoni erettili, in-nuqqas ta’ tqanqil u l-ipersesswalità (vizzju sesswali).

Għajnuna tista' tintalab minn tabib li jista' jippreskrivi għadd ta' mediċini kontra l-ansjetà, jew terapista jew konsulent. Dan tal-aħħar jista' jgħin lill-persuna tifhem l-kaw¿a tal-ansjetà tagħha, kif dan qed ikollu impatt fuq il-ħajja tagħha u kif dan għandu jiġi mmaniġġjat dan.