It-Tipjip

In-nikotina tissikka l-vini, għalhekk tillimita il-fluss tad-demm fil-ġisem, inklużi l-organi sesswali. Dan inaqqas is-sensazzjoni kif ukoll l-effetti. L-irġiel ibatu minn diffikultajiet biex ikollhom erezzjoni u n-nisa jkollhom problemi bil-lubrikazzjoni. Fl-irġiel, jista’ wkoll jonqos il-volum ta' eġakulazzjoni, jonqos l-għadd ta' sperma u tinbidel il-forma tal-isperma. In-nisa huma aktar suxxettibbli għal mestrwazzjoni irregolari u li jilħqu l-menopawża kmieni, jiżviluppaw kanċer ċervikali u jkollhom problemi ta’ fertilità.

 

Id-Direttorat għall-Promozzjoni tas-Saħħa u l-Prevenzjoni tal-Mard joffri appoġġ lil dawk li jixtiequ jieqfu jpejpu, permezz ta’ klassijiet u bit-telefon. Aktar informazzjoni tista' tinstab hawn:

https://ehealth.gov.mt/HealthPortal/health_promotion/health_promotion_services.aspx