Intra-Uterine System

It-terminu IUS jintuża biex jiddistingwi l-kontraċettiv tal-utru bl-ormoni mill-kontraċettiv tar-ram (f’għamla ta’ trabuxù) ta’ ġol-utru (IUDs). Din is-sistema tal-IUS tintuża kemm bħala metodu ta’ kontraċezzjoni kif ukoll bħala trattament għal menstruwazzjoni qawwija, menstruwazzjoni b’ħafna wġigħ u għall-endometrijożi.

 

Is-sistema għandha qafas tal-plastik fil-forma tal-ittra ‘T’, simili għall-IUD tar-ram, imma b’riserva ta’ sterojdi. Dan il-qafas hu twil 32mm u għandu dijametru ta’ 4.8mm. Jiddaħħal mill-kanal tal-għonq tal-utru u jitpoġġa hemmhekk biex jitfa’ l-ormoni 24 siegħa kuljum għal perjodu rakkomandat ta’ 5 snin. L-ammont ta’ ormoni sintetiċi li titfa’ s-sistema hu biss parti tad-doża ta’ kuljum tal-kontraċettivi orali, u għalhekk l-effetti ta’ din is-sistema suppost ikunu inqas mill-metodi orali. L-IUS jista’ jitpoġġa biss minn tabib ikkwalifikat. Matul il-proċedura, li tieħu biss ftit minuti, l-għonq tal-utru jinfetaħ u l-IUS jiddaħħal permezz ta’ apparat apposta. It-tneħħija tiegħu hi l-istess bħattneħħija tal-IUD, u meta jiġri dan il-fertilità terġa’ tiġi mill-ewwel.

 

Dan il-qafas tal-IUS jippreveni t-tqala billi jagħfas l-endometriju u għalhekk jagħmilha diffiċli biex tkun tista’ ssir l-impjantazzjoni. F’xi nisa jnaqqas il-funzjoni tal-għenieqed tal-bajd. Barra minn hekk, iħaxxen il-mukus tal-għonq tal-utru u għalhekk l-isperma ma tkunx tista’ tgħaddi.

 

L-Effiċjenza

Din is-sistema għandha rata medja ta’ falliment ta’ 0.2 għal kull 100 sena ta’ mara sa 5 snin.

 

L-iżvantaġġi

     Nuqqas ta’ menstruwazzjoni

     Dmija irregolari

     Ikun hemm bżonn li l-għonq tal-utru jitwessa’ u dan jista’

 jkun ta’ skumdità, u għal xi nisa jkun ta’ wġigħ

     L-IUS jista’ joħroġ minn postu

     Tiċrit tal-utru, tal-musrana jew tal-bużżieqa tal-awrina

     L-IUS jista’ jiċċaqlaq minn postu

     Tqala minħabba ħruġ, tiċrit, jew pożizzjoni ħażina

     Jekk l-IUS ifalli hemm żieda żgħira fir-riskju ta’ tqala barra

 mill-utru

 

Effetti oħra

 

     Xi nisa jistgħu jiżviluppaw ċesti funzjonali fl-għenieqed

 tal-bajd

     Sensittività fis-sider

     Ponot tal-iżvilupp

     Uġigħ ta’ ras

     Nefħa ġenerali fil-ġisem

     Tibdil fl-burdata

     Dardir

     Dmija irregolari

     Nuqqas totali taċ-ċiklu tal-menstuwazzjoni

 

Il-vantaġġi

 

     Tnaqqis ta’ menstruwazzjoni b’ħafna dmija u fit-tul

     Tnaqqis ta’ wġigħ waqt il-menstruwazzjoni

     Menstruwazzjoni mhux frekwenti jew nieqsa

     Effiċjenza għolja

     Tista’ titwaqqaf

     Mhux relatata mal-att sesswali

 

Kontraindikazzjonijiet assoluti

 

     Tqala

     Dmija mill-parti ġenitali mhux eżaminata

     Tibdil tal-valv tal-qalb

     Irregolarità konġenitali jew miksuba fl-utru li taffettwa l-

 parti ta’ fuq tal-utru, in-naħa l-oħra ta’ fejn hemm l-għonq

     Tkabbir, suspettat jew konfermat, tal-utru jew fl-għonq tal-

 utru

     Mard fiċ-ċelloli tal-utru tal-mara (trophoblastic disease)

     Effetti serji mis-COC, li m’għandhomx x’jaqsmu

 malestroġenu

     Mard fil-fwied, adenoma jew kanċer

     Infjammazzjonijiet u mard fil-vini minħabba minħabba

 blood clot (thrombophlebitis jew thromboembolic disorder)

 

Kontraindikazzjonijiet relattivi

 

     Mard kroniku sistemiku

     Fatturi ta’ riskju minħabba mard fl-arterji

     Każijiet imgħoddija jew attwali ta’ mard sever fl-arterji

     Difetti severi fil-lipidi

     Suffejra li tfeġġ ta’ spiss

     Kanċer minħabba l-isterojdi tas-sess (eż. il-kanċer tas-sider)

     Ċesti funzjonali fl-għenieqed tal-bajd li minħabba fihom il-

 mara jkollha tiddaħħal l-isptar

     Każijiet imgħoddija ta’ tqala barra mill-utru

     Mediċini li jistgħu jfixklu l-effettività tas-sistema

 kontraċettiva tal-utru (itlob il-parir tal-ispiżjar jew tat-tabib

 jekk tkun qed tieħu mediċini oħra)