Bisesswali

Persuni bisesswali jistgħu jħossu ġibda lejn persuni tal-istess sess jew ta' sess differenti. Din tista’tkun ġibda fiżika, sesswali, u emozzjonali u / jew relazzjonijiet. Persuni bisesswali jistgħu jkunu irġiel, nisa u transesswali. Persuna bisesswali jista' jkollha relazzjoni waħda stabbli, l-ebda relazzjonijiet sesswali jew ikollha relazzjonijiet sesswali ma' nies ta' sess wieħed biss. Persuni bisesswali ġejjin minn kull xorta ta' strata tas-soċjetà, impjiegi, u livelli ta' edukazzjoni.

 

L-aktar importanti hu li tifhem li mintix waħdek, u x'aktarx tiltaqa’ ma’ persuni bisesswali kull fejn tmur. Tinkwetax jekk għadek mintix ċert dwar is-sesswalità tiegħek u ma tidħol fl-ebda kategorija ta’ sesswalità. M'hemm bżonn li tagħti prova lil ħadd li inti bisesswali. Is-sesswalità tiżviluppa maż-żmien, u m’għandek tħoss l-ebda pressjoni biex tidentifika b’xi mod partikolari. Iżda bl-istess mod bħal lesbjani, irġiel li jkollhom x'jaqsmu ma irġiel (MSM), u nies eterosesswali, inti perfettament normali. Fl-aħħar mill-aħħar, l-aktar ħaġa importanti huwa li tħossok komdu u kif tħares lejk innifsek. Il-persuni bisesswali jistgħu, madankollu, isofru diskriminazzjoni, vjolenza jew bullying minħabba kunċetti żbaljati u preġudizzju mill-persuni li huma eterosesswali, gay jew lesbjani. Iż-żgħażagħ bisesswali jistgħu jħossuhom depressi u solitarji. Huwa ta’ għajnuna li wieħed ikun infurmat u li jkun jaf li mhuwiex waħdu. Agħmel sforz biex tiltaqa’ ma’ bisesswali oħra - dawn jistgħu jkunu riżorsi prezzjużi biex jibnu l-kunfidenza tiegħek.

 

M'għandekx tgħaġġel sabiex tagħmel is-sess, u għandek tkun preparat, jiġifieri għandu jkollok grazzja mar-raġel, għandu jkollok fiduċja fih u għandek dejjem tipprattika s-sess aktar sigur bl-użu tal-kondoms. Is-sess mhux protett huwa KOMPORTAMENT RISKJUŻ. M’għandekx tiddependi fuq il-fatt li ħaddieħor ikollu l-kondoms - għandu jkollok tiegħek stess. Ipprova evita differenzi kbar fl-età fir-relazzjonijiet għaliex tista’ tpoġġi lilek innifsek f’pożizzjonijiet vulnerabbli. Huwa importanti li tkun imlaqqam kontra mard bħall-Epatite A u B. Ikkonsulta professjonisti tas-saħħa sesswali jekk tħoss li trid tiddiskuti kwistjonijiet ta' saħħa sesswali jew taħseb li għandek infezzjoni, bħall-klinika GU fuq 21227981, it-tabib tiegħek jew lid-Direttorat tal-Promozzjoni tas-Saħħa u l-Prevenzjoni tal-Mard fuq 23266000.