L-Iżvelar tal-orjentazzjoni sesswali

Meta persuna tiżvela l-orjentazzjoni sesswali tagħha tgħaddi minn tranżizzjoni kbira fil-ħajja. M’hemmx għalfejn tiżvela l-orjentazzjoni tiegħek lil kulħadd mill-ewwel. Din hija deċiżjoni tassew personali u għandek teħodha biss jekk tħoss li inti lest għaliha, iżda li ma tkunx lest li tkun apert dwar min int tista’ tkun ħaġa daqstant ieħor diffiċli. Għalkemm dan jista’ jkun żmien diffiċli għalik, żomm f’moħħok li l-aħbar tista’ tkun diffiċli wkoll għal dawk li jirċevuha. Tħallix dan jiskoraġġixxik! Ftakar li biż-żmien, in-nies jibdew jifhmuk u jaċċettawk aktar minn dakinhar li tgħidilhom l-ewwel darba.

 

Iddeċiedi lil min tixtieq tgħid l-ewwel. Aħseb fin-nies li tafda u li taf li se jagħtuk l-appoġġ tagħhom. Aktar ma tirċievi appoġġ, aktar ikun faċli għalik li tiżvela l-orjentazzjoni sesswali tiegħek lil persuni oħra. Huwa importanti li l-persuni li tgħid ma jgħidux lil persuni oħra minn wara dahrek.Tista’ tiddeċiedi li tgħid lill-ġenituri tiegħek. Xi drabi l-ġenituri jemmnu li rabbew lil uliedhom b’tali mod li għamilhom omosesswali. Dan mhuwiex minnu, ir-riċerka turi li tkun omosesswali huwa ddeterminat minn fatturi bijoloġiċi. Għid lill-ġenituri tiegħek li trid l-imħabba u l-appoġġ tagħhom, u li tifhem li jeħtieġu ż-żmien biex jaċċettaw l-aħbar.

 

Alternattivament, għall-ewwel tista’ tiżvela l-orjentazzjoni tiegħek ma’ xi ħadd li taf li huma omosesswali. Dan jista’ jappoġġjak u jgħidlek dwar il-proċess li għadda minnu hu stess.Li tiżvela l-orjentazzjoni tiegħek jista’ jkun diffiċli, b’mod partikolari fil-bidu, iżda se tara kif daniġib miegħu benefiċċji għal ħajtek. Ma tibqax tħossok qisek qed taħbi xi ħaġa min-nies ta’ madwarek. Il-persuni li jiżvelaw l-orjentazzjoni sesswali tagħhom ikunu anqas anzjużi wara li jagħmlu dan.