Group disponibli

Il-Malta Gay Rights Movement (MGRM) “jistinka biex jikseb ugwaljanza sħiħa għall-persuni LGBT fis-soċjetà Maltija; soċjetà li tippermetti lill-persuni jgħixu fil-miftuħ u mingħajr ebda biża’ ta’ diskriminazzjoni bbażata fuq l-orjentazzjoni sesswali, l-indentità tal-ġeneru u l-espressjoni tal-ġeneru. Huma joffru linja telefonika ta’ appoġġ fuq : +356 21430006 /+356 99255559 u jistgħu jiġu kkuntattjati wkoll bil-posta elettronika fuq support@maltagayrights.org. Għal aktar informazzjoni żur is-sit: http://www.maltagayrights.org/.

 

 Drachma huwa grupp Kattoliku fejn persuni LGBTI jiltaqu biex jitolbu.

Posta elettroniku: drachmalgbt@gmail.com

Blog: www.drachmalgbt.blogspot.com

 

Drachma grupp tal-ġenituri: huwa grupp għal persuni LGBTI u l-familji tagħhom fejn jistaw jakkwistaw appoġġ fid-diffikultajiet tagħhom minħabba stigma mis-socjeta'.

 

We are-LGBTQQI: Din hija organizzazzjoni taż- żgħażagħ u studenti. NGO li jaħdmu fis-settur taż-żgħażagħ biex jipprovdu komunita' u appoġġ għaż-żgħażagħ permezz ta' inizjattivi u avvenimenti varji. L-organizzazzjoni hija rokonoxxuta fl-Universita' ta' Malta u fil-passat organizzaw avvenimenti fil-Junior College u Giovanni Curmi Skola Secondarja. Wieħed jista' jikkuntattja lil din l-organizzazzjoni fuq www.weare.org.mt , weareuom@gmail.com jew 99815240.

 

Appoġġ Rainbow service: fergħa mill-MGRM li jipprovdi pariri u servizzi ta' appoġġ għal-żgħażagħ LGBTI kif ukoll tipprovdi kull ġimgħa ċentru drop-in għaż-żgħażagħ biex jiltaqaw ma' sħabhom. Wieħed ikun jista' jikkuntatja lil dan il-grupp fuq http://www.facebook.com/rainbowsupportservices jew fuq 79430006.