Inter-sess

Intersesswali huwa meta persuna titwieled b'anatomija riproduttiva jew sesswali li ma tkunx taqbel mad-definizzjonijiet magħrufa tan-nisa jew tal-irġiel. Pereżempju, persuna tista' titwieled b’dehra femminili fuq barra, iżda jkollha parti kbira tal-anatomija tipika maskili fuq ġewwa. Jew persuna tista’ titwieled b'ġenitali li jidhru li huma bejn tal-irġiel u dawk tan-nisa - pereżempju, tifla tista’ titwieled bi klitoride kbira ħafna, jew mingħajr ftuħ vaġinali, jew tifel jista’ jitwieled b’pene notevolment żgħir, jew bi skrotu li huwa maqsum hekk li jkun jifforma xi ħaġa simili għal labium. Persuna tista’ tkun imwielda b’ġenetika mużajka, hekk li xi wħud miċ-ċelloli tal-ġisem għandhom kromożomi XX u xi wħud minnhom għandhom XY.

 

Għalkemm l-intersess titqies bħala kundizzjoni mit-twelid, l-anatomija intersesswali mhux dejjem tkun evidenti fit-twelid. Kultant persuna ma turix li jkollha anatomija intersesswali sakemm tilħaq l-età tal-pubertà, issib lilha nfisha bħala adult infertili jew tmut bix-xjuħija u mbagħad sseħħ l-awtopsja. Xi nies jgħixu u jmutu b’anatomija intersesswali mingħajr ħadd (inklużi huma stess) qatt ma jkun jaf. Għalhekk hemm firxa ta’ varjazzjoni fl-intersess ukoll. Ikkonsulta professjonisti tas-saħħa sesswali jekk tħoss li trid tiddiskuti kwistjonijiet ta' saħħa sesswali jew taħseb li għandek infezzjoni, bħall-klinika GU fuq 21227981 jew id-Direttorat tal-Promozzjoni tas-Saħħa u l-Prevenzjoni tal-Mard fuq 23266000.