Lesbjani

Lesbjani huma nisa li jagħmlu sess ma' nisa oħra. Hemm diversi tipi ta' relazzjonijiet inklużi dawk sesswali u mhux sesswali, fit-tul u għal żmien qasir, ma’ partners anonimi għall-kuntrarju ta’ partners magħrufa, fuq l-internet u b’mod personali.

 

Kull relazzjoni tista’ tkun tajba sakemm inti tkun kuntenta u din ma toħloq l-ebda riskju għal saħħtek. Inti għandek tkun komda biex tinnegozja l-imġieba sesswali, ix-xenqat u l-fantasiji mal-partner jew partners sesswali tiegħek. Jekk inti għadek tħossok skomda jista' jkun li ma tkunx għadek lest biex tagħmel is-sess. Pereżempju jista' jkun li ma tixtieqx sess anali u jekk il-partner tiegħek t jwettaq dan xorta waħda tista' tispiċċa biex tweġġa’ l-partnerjew inkella tesponi lilek nnifsek għal Infezzjonijiet li jittieħdu sesswalment.

 

Il-lesbjani mhumiex eżenti mill-Infezzjonijiet li jittieħdu sesswalment. Tgħallem ipproteġi lilek innifsek. Nisa li jiġu f'kuntatt ma' fluwidi tal-ġisem, iwettqu sess orali mhux protett u huma fil-perjodu ta’ mestrwazzjoni huma f'riskju akbar li jiġu nfettati. Meta tuża ‘sex-toys’ uża l-kondoms għal kull partner u kondom differenti għandu jintuża għal kull fetħa. Is-‘sex-toys’ għandhom jinżammu nodfa bis-sapun u l-ilma. Uża diga dentali għal sess orali u evita s-sess orali jekk għandek mard tal-ħanek, ulċeri jew qatgħat jew jekk jekk għadek kif ħsilt snienek jew ifflossjajt. Jekk lesbjani jkollhom sess ma’ rġiel, kun ċerta li l-kondoms jiġu użati għat-tipi kollha ta’ sess i.e. orali, vaġinali jew anali. Tiddependix fuq il-partners involuti għall-kondoms. Il-vaġina għandha tinżamm nadifa u ‘douching’ għandu jiġi evitat. Irritazzjoni tal-vaġina u uġigħ jistgħu jiġu kkawżati minn fwejjaħ qawwija u tindif esaġerat. Huwa importanti li tkun imlaqqma kontra mard bħall-Epatite A u B. Ikkonsulta professjonisti tas-saħħa sesswali jekk tħoss li trid tiddiskuti kwistjonijiet ta' saħħa sesswali jew taħseb li għandek infezzjoni, bħall-klinika GU fuq 21227981 jew id-Direttorat tas-Saħħa Pubblika u l-Promozzjoni tas-Saħħa fuq 23266000.