MSM

MSM huma rġiel li jkollhom x'jaqsmu ma irġiel oħra. Hemm diversi tipi ta' relazzjonijiet sesswali inklużi dawk sesswali u non-sesswali, fit-tul u għal żmien qasir, ma’ partners anonimi għall-kuntrarju ta’ partners magħrufa, fuq l-internet u b’mod personali.

 

 

Kull relazzjoni tista’ tkun tajba sakemm inti tkun kuntent u din ma toħloq l-ebda riskju għal saħħtek. Inti għandek tkun komdu biex tinnegozja l-imġieba sesswali, ix-xenqat u l-fantasiji mal-partner jew sħab sesswali tiegħek. Jekk inti għadek tħossok skomdu jista' jkun li ma tkunx għadek lest biex tagħmel is-sess. Pereżempju jista' jkun li ma tixtieqx sess anali u jekk il-partner tiegħek jwettaq dan xorta waħda tista' tispiċċa biex tweġġa’. Mhux l-MSM kollha jipprattikaw is-sess anali, xi ftit jħossu li ativitajiet sesswali mingħajr penetrazzjoni bħal bews u tgħanniq huwa biżżejjed għalihom.

 

 

M'għandekx tgħaġġel sabiex tagħmel is-sess, u għandek tkun preparat, jiġifieri għandu jkollok grazzja mar-raġel, għandu jkollok fiduċja fih u għandek dejjem tipprattika s-sess aktar sigur bl-użu tal-kondoms. Is-sess mhux protett huwa KOMPORTAMENT RISKJUŻ. M’għandekx tiddependi fuq il-fatt li ħaddieħor ikollu l-kondoms - għandu jkollok tiegħek stess. Ipprova evita differenzi kbar fl-età fir-relazzjonijiet għaliex tista’ tpoġġi lilek innifsek f’pożizzjonijiet vulnerabbli. Huwa importanti li tkun imlaqqam kontra mard bħall-Epatite A u B. Ikkonsulta professjonisti tas-saħħa sesswali jekk tħoss li trid tiddiskuti kwistjonijiet ta' saħħa sesswali jew taħseb li għandek infezzjoni, bħall-klinika GU fuq 21227981, it-tabib tiegħek jew lid-Direttorat tal-Promozzjoni tas-Saħħa u l-Prevenzjoni tal-Mard fuq 23266000.