Rimming

Rimming huwa meta bil-ħalq wieħed jesplora l-anus tal-partneri. Huwa importanti li wieħed ikun ppreparat qabel ir-rimming. Pereżempju għandek taħsel ġismek qabel u wara, għandek tkun imlaqqam kontra mard bħall-Epatite A u B u tuża diga dentali sabiex twaqqaf kuntatt mill-ħalq għall-anus. M'għandekx tħossok taħt pressjoni biex tagħmel rimming jekk din il-prattika ma tappellax għalik. Xi nies jużawha bħala opportunità biex jirrilassaw qabel s-sess anali. Ħu ħsieb ħalqek, u twettaqx rimming jekk għandek mard fil-ħanek, ulċeri jew qatgħat jew jekk għadek kif ħsilt snienek jew ifflossjajt. Bir-rimming tista' takkwista infezzjonijiet bħall-epatite A jew B, Gonorrhoea, Sifilide, Herpes u felul ġenitali. Ukoll peress li l-interjuri tal-anus tospita batterja intestinali, kuntatt tal-ħalq u anali ġġorr riskju ta’ Giardia u kundizzjonijiet intestinali oħra bħal Shigellosis. Bl-użu tad-diga dentali, kondoms maqtugħa, u lubrikazzjoni tnaqqas sew il-probabbiltà ta’ trasmissjoni ta' SAIs u infezzjonijiet. Anki anus maħsul reċentement kapaċi jġorr mikroorganiżmi infettivi speċjalment jekk twettaq rimmimg fuq xi ħadd li ma jkunx inħasel minn qabel, jew li qed isofri minn dijarrea.