Sess iktar sigur

Is-sess sigur jinvolvi l-protezzjoni tiegħek u tal-partner/a tiegħek mill-infezzjonijiet u mit-tqala mhux mixtieqa bl-użu tal-kontraċettivi u/jew tal-kondoms u bl-użu ta’ miżuri peventattivi oħrajn.

L-ewwel nett, il-prattiki sesswali siguri mhumiex limitati għall-att sesswali nnifsu. Affarijiet intimi bħal bews, massaġġi u masturbazzjoni reċiproka jistgħu jkunu parti mill-aspett tal-pjaċir tal-attivitajiet sesswali ta’ koppja.

 Jekk tkun se tagħmel l-att sesswali, tista’ żżomm lilek u lil-partner/a tiegħek protetti billi tagħmel dan li ġej:


 Dejjem uża kondom

  • Uża l-istess kondom darba biss (link għall-SAIs)
  • Agħmel testijiet regolari għall-SAIs
  • Torqodx mal-partner/a tiegħek jekk ikollok xi suspett li għandu/ha STI
  • Torqodx mal-partner/a tiegħek jekk hu/hi jkollu/ha feriti, ulċeri jew għoqod viżibbli fuq il-ġenitali jew il-parti anali.
  • L-SAIs jistgħu jiġu trażmessi permezz tas-sex toys. Dejjem naddaf is-sex toys wara li tużahom u aħsel idejk wara li tneħħi l-kondom. Uża biss is-sex toy u l-kondoms tiegħek
  • Evita li tuża d-drogi u l-alkoħol b’mod eċċessiv
  • Ħu l-vaċċin għall-epatite A u B u l-HPV
  • Agħmel sess mhux penetrattiv bħal masturbazzjoni reċiproka (għalkemm din xorta tinvolvi r-riskju ta’ esponiment għall-qamel, l-iskabbja u l-felul).