Vjolazzjonijiet Sesswali

Il-vjolazzjonijiet sesswali jew attakk jinkludu kull attività ta’ natura sesswali li mingħajr kunsens. Stupru huwa att ta’ sess penetrattiv imġiegħel, li jinkludi penetrazzjoni vaġinali, anali u orali permezz ta’ oġġett jew parti tal-ġisem. Attakk sesswali huwa kull xorta oħra ta' kuntatt u mġiba sesswali li mhux mixtieq, li jvarja minn kuntatt fiżiku ma’ persuna għal kwalunkwe attività oħra ta’ natura sesswali. Attakk sesswali jista’ jkun dirett kemm lejn irġiel kif ukoll lejn in-nisa.Huwa aktar probabbli li l-istupri u l-attakki sesswali jitwettqu minn xi ħadd li jaf lill-vittma, aktar milli minn persuna barranija.

 

Malta ffirmat il-Konvenzjoni tal-Kunsill tal-Ewropa dwar il-Prevenzjoni u l-Ġlieda kontra il-Vjolenza kontra n-Nisa u l-Vjolenza Domestika, li tintroduċi reati ġodda fil-liġi Maltija, inklużi l-isterilizzazzjoni sfurzata, iż-żwieġ sfurzat u l-mutilazzjoni ġenitali femminili. Dan ifisser li jittieħdu passi kriminali kontra kull persuna li twettaq dawn l-attivitajiet.

 

Huwa importanti li tfittex appoġġ jekk sfajt vittma ta’ attakk sesswali. Dan jista' jingħata minn professjonisti, ħbieb u qraba. Ħafna drabi, il-vitmi jħossu sens ta’ mistħija dwar dak li jkun seħħ u jistgħu jaħsbu li kien b'xi mod tort tagħhom. Jekk huma ma jitkellmux dwar dan, tista' tiġi affettwata s-severità tal-konsegwenzi psikoloġiċi.

 

 

Servizzi Pprovduti

 

Aġenzija Appoġġ, li hija parti mill-Fondazzjoni għas-Servizzi ta' Ħarsien Soċjali, toffri appoġġ għall-vittmi kif ukoll għall-aggresuri sabiex ibiddlu l-imġiba tagħhom. Aktar informazzjoni tista' tinstab fuq www.appogg.gov.mt.

 

SOAR Malta (Surviving Abuse with Resilience) huwa grupp ta’ Appoġġ għall-vittmi tal-vjolenza f’relazzjoni intima u jistgħu jiġu kkuntattjati fuq 21808981.

 

Jekk inti ġejt attakkat sesswalment irrapportaw il-każ lill-pulizija li imbagħad se tieħdok Mater Dei (MDH). Appoġġ u s-servizzi mediċi għall-vittmi ta’ attakk sesswali huma pprovduti minn tijm forensiku fl-isptar Mater Dei. Huwa rakkomandabbli li jkun hemm GU skrining ġimgħatejn wara l-attakk, u għal darb'oħra wara 3 xhur.