Masturbazzjoni

Il-masturbazzjoni hija meta wieħed jipprattika attività sesswali waħdu. Din jista' jinkludi li wieħed imiss il-ġenitali u jista’ jew ma jistax jinkludi orgażmu.

 

 

Ħrejjef dwar il-Masturbazzjoni

 

 

Ħrafa: Il-masturbazzjoni tikkawża għama, insanità jew xi marda oħra.

Dan mhux vera. Il-masturbazzjoni hija sigura u tajba għas-saħħa.

 

Ħrafa: Il-masturbazzjoni hija ta’ ħsara għas-saħħa.

L-unika ħaġa li jista' jiġri permezz tal-masturbazzjoni hija l-ħruq ta’ frizzjoni speċjalment meta dan isir spiss. EBDA effett ieħor ta’ ħsara għas-saħħa ma jista’ jirriżulta.

 

Ħrafa: Il-masturbazzjoni hija għal nies li ma jkollhomx sess.

Il-masturbazzjoni hija parti integrali mill-ħajja sesswali normali. B’mod komuni din issir kemm bejn koppja kif ukoll individwalment. Il-masturbazzjoni tgħin biex wieħed iħossu aktar komdu ma’ ġismu għaliex hija opportunità biex wieħed jesplora l-ġisem u jiskopri żoni pjaċevoli fil-ġisem.

 

 

Benefiċċji tal-Masturbazzjoni

Il-masturbazzjoni hija mod kif tiskopri ġismek u dak li jagħtik pjaċir. Dan jista' jtejjeb il-kunfidenza fik innifsek. Tipprovdi wkoll sens ta' benesseri u fl-istess ħin ma tagħmel ħsara lil ħadd. Il-pjaċir sesswali jista’ jtaffi burdata ħażina. Għalhekk il-masturbazzjoni tista' tkun forma ta' serħan minn stress u tista’ tgħin lill-persuni li jkollhom problema bl-irqad. Il-masturbazzjoni hija pjaċevoli għall-etajiet kollha. Huwa importanti li l-masturbazzjoni sseħħ fi spazju fejn ma tiġix disturbata għaliex dan jista' jikkawża wkoll sitwazzjoni skomda għal nies oħra. Lokalment huwa illegali li wieħed jimmasturba fil-pubbliku. Hemm ukoll studji ta' riċerka li jgħidu li l-masturbazzjoni  tnaqqas ir-riskju ta' kanċer fil-prostata (Giles et al 2003 & Leitzmann et al 2004)

Xi nies jużaw ukoll ‘sex-toys’ li jżidu l-pjaċir jew jissodisfaw il-fantasiji sesswali tagħhom. Il-punt ferm importanti huwa li wieħed jgħattihom b’kondoms biex jitnaqqas ir-riskju ta' infezzjonijiet miksuba sesswalment jekk ikun hemm xi nies oħra involuti. Tużax ‘sex-toys’ li jistgħu jikkawżaw ħsara lill-ġisem u qatt m’għandek iddaħħalhom f’ġismek għaliex jistgħu jibqgħu mwaħħlin.

 

 

Parir: Gawdi l-masturbazzjoni b’mod sikur.