Nuqqas ta'Aptit Sesswali

Huwa normali li f’ċerti stadji tal-ħajja, persuna tesperjenza aptit imnaqqas. Dan jidher f’interess imnaqqas fis-sess, anqas involviment f’attivitajiet sesswali u anqas fantasiji sesswali. Dan jista’ jkun kroniku (għal tul ta’ żmien) jew f’episodji. Dan jista’ jkun ikkawżat minn bidla fil-livell tal-ormoni, iżda jista’ jkun parti minn kondizzjoni sottostanti bħal depressjoni, jew inkella jirriżulta minħabba problema sesswali oħra, bħad-disfunzjoni erettili. F’dan il-każ ir-raġel jitlef l-interess fis-sess minħabba l-mistħija jew l-ansjetà minħabba din il-problema.

Għalkemm huwa pjuttost komuni, in-nuqqas ta’ aptit jista’ jindika problemi fir-relazzjoni f’ċerti każijiet, diffikultajiet relatati ma’ kif tidher, stima tiegħek innifsek baxxa, konsum eċċessiv taalkoħol u ansjetà. F’każijiet bħal dawn għandha tiġi kkunsidrata t-terapija psikoloġika jew il-medikazzjoni.