Infertilita'

L-infertilità hija l-abbiltà mnaqqsa ta' koppja sabiex jnisslu tarbija fuq medda ta’ sentejn minħabba kawża magħrufa jew mhux magħrufa.

 

Kawżi ta' Infertilità Femminili

 

·         Disfunzjoni fl-Ovarji (eż. ovarji Poliċistiċi)

·         Mard Tubali (spiss ikkawżat minn gonorrea, klamidja jew kwalunkwe infezzjoni tal-pelvi, eż. appendiċite jew divertikulite)

·         Endometriosi – tikkawża ċikatriċi, infjammazzjoni intra-addominali u imblukkar tat-tubu

·         Bidliet marbuta mal-età - tnaqqis fil-kwantità u l-kwalità tal-oocytes (ċelluli tal-bajd)

·         Abnormalitajiet fl-utru - eż. konġenitali (mit-twelid), akkwistat (uterine fibroid)

·         Anbormalitajiet Ċervikali - il-kwalità ta’ mukus ċervikali huwa importanti għall-penetrazzjoni tal-isperma u l-maturazzjoni.

 

Kawżi ta’ Infertilità Maskili

 

·         Parametri abnormali tas-semen - produzzjoni abnormali tal-isperma u tal-maturazzjoni huma kkawżati minn livelli ta' testosteron baxxi, l-obeżità u l-mard endokrinali. Bosta fatturi oħra jinfluwenzaw il-produzzjoni tal-isperma u l-maturazzjoni, inklużi l-abbuż mill-alkoħol, it-tipjip, id-drogi u t-tossini.

·         Ostruzzjoni fil-Pajp tal-Eġakulazzjoni - tikkawża l-indeboliment tat-trasportazzjoni tal-isperma. Dan jista’ jkun minħabba kumplikazzjoni ta' kirurġija, jew infezzjonijiet.

·         Disfunzjoni erettili – tista’ tkun minħabba problemi vaskulari, metaboliċi, jew psikoloġiċi.

 

It-trattament jiddependi fuq il-kaġun prinċipali u jinkludi:

 

-         Terapija Ormonali

-         Korrezzjoni ta' kwalunkwe difetti konġenitali jew akkwistati

-         Ottimizzazzjoni ta' xi kondizzjoni medika oħra

-         Konsulenza

 

Fl-irġiel, dawn jinkludu:

 

            Telf ta’ xenqa sesswali, bi tnaqqis konsegwenti fl-attività sesswali

            Disfunzjoni erettili

            Eġakulazzjoni prematura

            Diffikultà fl-eġakulazzjoni

 

Fin-nisa, dawn jinkludu:

 

            Telf ta' xenqa sesswali

            Uġigħ matul is-sess

            Anorgasmia (diffikultà sabiex ikollhom orgażmu)

 

Koppji għaddejjin minn trattament għall-infertilità li jkunu qegħdin jipprovaw għal tqala jnaqqsu fl-ispontanjetà u l-pjaċir tas-sess għaliex iħossuhom pjuttost anzjużi dwar il-ħtieġa tas-sess. Il-koppji għandhom ikunu onesti ma' xulxin kif ukoll mat-tabib jew psikoloku tagħhom dwar l-esperjenza tagħhom sabiex ikunu jistgħu jissuġġerixxu modi biex jittrattaw dawn id-diffikultajiet. Il-konsulenza għandha tgħin ukoll lill-koppji jindirizzaw l-impatt tad-diffikultajiet fit-tnissil (bħal sentimenti ta' mistħija, li jiddiżappuntaw lil xulxin u lill-familja, biża’ li ma jkollhomx tfal), u l-effett li dan ikollu fuq ir-relazzjoni.