L-Iġene personali

L-irġiel jeħtieġu li jnaddfu l-pene tagħhom billi jibdew bir-ras tal-pene. Jekk ma jkunux ċirkonċiżi, għandhom jiġbdu l-prepuzju lura kemm jista’ jkun possibbli mingħajr ma jkunu skomdi. Il-prepuzju miġbud lura jesponi l-glans, li għandha titnaddaf ġentilment bl-ilma fietel. Żgura li l-glans u l-parti ta’ ġewwa tal-prepuzju jkunu nodfa peress li hawnhekk tifforma sustanza bajda msejħa smegma. L-ismegma tifforma minn ċelloli mejtin, żjut, fluwidi tal-ġisem u batterji. Il-preżenza ta’ din is-sustanza tista’ tikkawża infezzjonijiet u rwejjaħ spjaċevoli. L-irġiel ċirkonċiżi wkoll jeħtieġ li jżommu l-iġjene peress li fin-nuqqas tal-prepuzju, ir-ras tal-pene tista’ tiġi f’kuntatt dirett mal-għaraq u l-batterja. Huwa importanti li l-ġenitali jitnaddfu qabel u wara l-attivitajiet sesswali biex jiġu evitati l-infezzjonijiet.