Marda ta' Peyronie

Il-marda ta’ Peyronie hija kondizzjoni fis-saffi ta’ ġewwa tal-pene (it-tunica albuginea u t-tessut tal-madwar). Din tirriżulta f’erezzjonijiet li jikkawżaw uġigħ, fit-tagħwiġ tal-pene u d-disfunzjoni erettili u tista’ tagħmel l-att sesswali wieħed ta’ tbatija jew impossibbli. Il-kawża eżatta mhix magħrufa iżda r-riċerka turi li din il-marda tista’ tirriżulta minn infezzjonijiet fl-uretra ripetuti. Il-marda ta’ Peyronie tista’ tiġi kkurata b’ammont żgħir ta’ irradjazzjoni, sterojdi jew qtugħ kirurġiku.

Fil-każijiet l-aktar severi tiġi kkunsidrata operazzjoni, madankollu jeżistu interventi oħra li jistgħu jintużaw għalkemm l-effikaċja tagħhom għadha trid tiġi ddeterminata. Dawn huma pilloli tal-Vitamina E, pilloli tal-paraaminobenżoat u injezzjonijiet ta’ kollaġen, id-dimetilsulfossid, sterojdi u sustanzi li jibblukkaw il-kanali tal-kalċju li jiġu injettati direttament fil-pIakki.

L-appoġġ u l-informazzjoni mogħtija lill-pazjent huma kruċjali għall-kura u l-kontroll ta’ din il-kondizzjoni. Il-koppji jistgħu jikkunsidraw pożizzjonijiet sesswali alternattivi, jew l-użu tas-sex toys.