L-Eżami tal-Prostita'

Il-prostata tinsab fil-qiegħ tal-borża tal-awrina. Il-funzjoni prinċipali tagħha hija li tirrilaxxa tnixxija li sservi ta’ mezz ta’ trasport għall-isperma. L-eżami tal-prostata għandu jsir għal żewġ raġunijiet prinċipali, biex tiċċekkja għall-kanċer tal-prostata u biex tiċċekkja għall-iperplasja prostatika (nefħa beninna tal-prostata li tista’ twassal għal sintomi urinarji).

Hemm tliet modi kif teżamina l-prostata:

·         Eżami diġitali: It-tabib jeżamina l-prostata mir-rektum. Dan it-test jagħti informazzjoni dwar id-daqs u kif tinħass il-prostata.

·         Antiġenu Speċifiku għall-Prostata (PSA): Dan it-test ikejjel il-livelli ta’ PSA fid-demm. Meta jsir flimkien ma’ eżami diġitali tar-rektum, dan it-test ikun indikatur affidabbli tal-kanċer tal-prostata.

·         Bijopsija ggwidata minn ultrasound transrettali: Din it-teknika tintuża biex jittieħed tessut prostatiku minn żoni suspettużi biex jiġi eżaminat bil-mikroskopju.