Eżami tat-Testikoli

Skont l-Organizzazzjoni Dinjija tas-Saħħa, fl-2008 f’Malta kien hawn rata ta’ inċidenza ta’ 4.1 għal kull 100,000, u rata ta’ mortalità ta’ 0.5 għal kull 100,000. Is-sejbien minn kmieni tal-kanċer tat-testikoli huwa fattur importanti fil-kura tiegħu. Għalhekk huwa importanti li tagħmel eżamijiet tat-testikoli regolari billi tħoss il-wiċċ kollu tat-testikoli biex tara ssibx għoqod żgħar li ma jikkawżawx uġigħ iżda li jikkawżaw skumdità. L-aħjar ħin għal dan l-eżami huwa wara doċċa sħuna metal-borża skrotali tkun rilassata.

Tagħfasx ħafna għax tista’ tweġġa u ftakar mhuwiex abnormali li waħda mit-testikola tkun ikbar mill-oħra jew iktar baxxa mill-oħra.Tħalliex dan kollu jinkwetak.

Jekk inti mintix żgur x’inhu tajjeb jew ħażin jew teħtieġ serħan il-moħħ, għamel appuntament ma’ GP tiegħek jew fil-klinika GU lokali.

Meta tiskopru s-sintomi ta’ kanċer testikolari fi stadju bikri jista’ jkun vitali għall-kura effettiva

Sinjali ta’ twissija:

  • Nefħa Testikulari
  • Sensazzjoni ta’ toqol fl-scrotum
  • Għoqda iebsa d-daqs ta’ piżella f’testikola
  • Uġigħ tedjanti fiż-żaqq jew fil-grojn
  • Uġigħ madwar it-testikola jew fl-scrotum
  • Kolleżżjoni f’daqqa ta’ fluwidu fl-scrotum