Sindromu pre-mestrwali

PMS hija normalment esperjenzata ftit ġimgħat qabel il-perjodu mestrrwali tal-mara. Il-mara normalment tesperjenza tibdil fil-burdata, irritabilità, sensittività tas-sider u telf ta’ interess fis-sess. Normalment dawn is-sintomi ibattu meta l-mestrrwazzjoni tibda. Xi  nisa jbatu ftit u xi oħrajn ibatu ħafna. Wara l-menopawża il-PMS normalment tbatti. Il-PMS għadha mhix mifhuma għal kollox, iżda hija assoċjata mal-livelli ta' ormoni varjabbli fil-ġisem tal-mara. M'hemm l-ebda trattament għal PMS iżda wieħed jista' jimmaniġġja s-sintomi permezz tal-mediċini preskritti mit-tabib jew trattamenti psikoloġiċi. Xi modifiki  fl-istil tal-ħajja jistgħu jtejbu l-PMS. Dawn jinkludu:

 

  • tiekol dieta tajba għas-saħħa
  • eżerċizzju regolari biex ittejjeb l-livelli tas-saħħa tal-ġisem
  • tagħlim ta’ tekniki biex timmaniġġja l-istress