Vaġinite mhux infjammatorja

 

Din tiġi kkawżata minn żbilanċ fil-batterja fil-vaġina. Għalkemm madwar 50 % tan-nisa infettati jkunu asintomatiċi, xi wħud ikollhom tnixxijat bi rwejjaħ jintnu ta’ ħut. Mhuwiex ċar x’jikkawża l-iżbilanċ fil-batterja, iżda ġew identifikati xi fatturi: sess ma’ partner ġdid, l-użu ta’ deodorants vaġinali, l-użu ta’ sapun bir-riħa u t-tipjip. Din tista’ tiġi kkurata bl-antibijotiċi, magħrufin bħala Metronidazole.

 

Il-partner tal-mara ma jeħtieġx kura. Xi drabi l-irġiel jiżviluppaw il-balanite b’batterja simili għal dik fil-BV, iżda jidher li din mhijiex sesswalment relatata.

 

Għalkemm il-BV mhijiex SAI, hija relatata mas-saħħa sesswali u korrelatata mal-età tal-ewwel esperjenza sesswali (coitarche), sħab sesswali ġodda, diversi sħab sesswali, l-att sesswali bejn żewġ nisa u l-klamidja. In-nisa li jilbsu IUD huma f’riskju akbar li jiżviluppaw il-BV, għaldaqstant għandhom jikkunsidraw kontraċettivi alternattivi. Il-BV iżżid iċ-ċansijiet li wieħed ilaqqat l-HIV b’bejn darbtejn u ħames darbiet. Huwa probabbli li l-BV terġa’ titfaċċa mill-ġdid.

 

Il-BV hija assoċjata ma’ riskju miżjud ta’ ħlas qabel iż-żmien. Mhuwiex irrakomandat li n-nisa tqal jiġu kkurati, iżda jekk ikollhom is-sintomi, huwa possibbli li tingħata kura.