Infezzjonijiet fungali

Il-Candida ġenitali hija kundizzjoni komuni li tiġi ikkawżata minn speċi differenti ta' Candida li huma Candida albicans, Candid glabrata, Candida tropicalis u ħafna oħrajn. Il-Candidia albicans huwa fungus komuni li jinstab f’konċentrazzjonijiet żgħar fin-nisa kollha, iżda meta l-konċentrazzjoni tiegħu tiżdied jista’ jikkawża tnixxijat, ħakk u infjammazzjoni. Dan huwa assoċjat ma’ żbilanċ fil-batterja, jew disturb fil-mekkaniżmi immunitarji fil-vaġina, pereżempju minħabba l-użu ta’ kontraċettivi orali, tampons, antibijotiċi, sterojdi, ħwejjeġ issikkati u d-dijabete.

 

L-esponiment fit-tul għal ambjent umduż (pereżempju jekk tilbes ħwejjeġ imxarrbin bl-għaraq għal ħin twil), jeans issikkati, ħwejjeġ ta’ taħt tal-lycra u t-tigħts għandhom jiġu evitati. Minflok għandhom jintlibsu ħwejjeġ ta’ taħt tal-qoton, ħwejjeġ mhux issikkati u kalzetti sa fuq l-irkoppa. Wieħed għandu jieħu doċċa immedjatament wara li jagħmel l-eżerċizzju. Regolazzjoni aħjar taz-zokkor fid-demm tista’ ttaffi s-sintomi tal-Candida. Għalhekk, ikkonsulta mat-tabib tiegħek għal aktar pariri.

 

L-irġiel ukoll jistgħu jiġu affettwati mil-Candida ġenitali jekk ikollhom x’jaqsmu ma’ partner asintomatiku/asintomatika. Is-sintomi jinkludu tikek u dbabar ħomor fuq ir-ras tal-pene. Jista’ jkun hemm ħakk u uġigħ fir-ras tal-pene. F’ċerti każijiet jista’ jkun hemm tnixxijat mill-pene li jkollhom irwejjaħ spjaċevoli. L-infezzjonijiet b’fungus jistgħu jiġu kkurati b’pessarji kontra l-fungus u bi kremi corticosteroidal.