Lymphogranuloma venereum

 

L-LGV hija kkawżata mis-serovars L1, L2, u L3 tal-Klamidja trakomatis u hija aktar komuni f’persuni li għandhom bejn l-20 u t-30 sena, persuni li jkollhom bosta sħab sesswali, SAIs oħra u privazzjoni soċjali. L-ewwel sinjal huwa ulċera. Dan jiġi segwit minn nefħa li tikkawża uġigħ fil-glandoli limfatiċi fin-naħa tal-groin. Fit-tielet stadju l-ġilda tinqasam u joħroġ fluwidu bil-materja. Fl-aħħar nett dan jista’ jwassal biex ir-rektum u l-vaġina jidjiequ.

 

Għal din l-infezzjoni ġeneralment jingħataw antibijotiċi għal perjodu ta’ żmien itwal bħal pereżempju Deoxycycline jew Azithromycin. Jista’ jagħti l-każ li jkun hemm bżonn ta’ aspirazzjoni, inċiżjoni u tisfija biex jitneħħew il-buboes (glandoli limfatiċi minfuħa jew infjammati fil-groin jew taħt id-dirgħajn) u tiġi prevenuta l-formazzjoni ta’ aktar ulċeri. Ġeneralment ikun hemm infezzjoni batterika sekondarja li jeħtieġ li tiġi kkurata wkoll.