Spermiċida

L-ispermiċidi, bħan-Nonoxynol-9 (jew N-9), ilhom jintużaw bħala metodu ta’ kontraċezzjoni minkejja li hemm ftit informazzjoni dwar l-effiċjenza vera tagħhom meta jintużaw waħedhom. Huma aċċessibbli f’diversi forom – krema, fowm, ġell, folji rqaq u pessarji. Mhux magħruf jekk l-effettività talkontraċezzjoni tinbidilx skont il-formola jew id-doża tagħha. Ġeneralment jintużaw ma’ metodu ieħor ta’ kontraċezzjoni bħad-dijaframma u l-kappa tal-għonq tal-utru. Jintużaw ukoll ma’ ċerti għamliet ta’ kondoms, għalkemm m’hemmx evidenza li l-kondoms li jkunu lubrikati bin-N-9 huma aktar effettivi biex jipprevenu t-tqala minn dawk li ma jkunux. L-ispermiċidi ma jħallux l-isperma aktar attiva għax ibiddlu l-membran taċ-ċellola tal-ispermatozoa. Bħala kontraċettivi meqjusin li għandhom effettività moderata. Teżisti evidenza limitata li tissuġġerixxi li l-effiċjenza kontraċettiva taddijaframma u tal-kappa tal-għonq tal-utru tista’ tkun moderament ogħla jekk dawn jintużaw ma’ spermiċida milli waħedhom. 

 

Il-lubrikant tal-ispermiċida (Nonoxynol-9) jista’ jinxtara millispiżeriji mingħajr riċetta tat-tabib. Oriġinarjament dan kien maħsub bħala innovazzjoni għall-prevenzjoni mill-HIV għax kapaċi “joqtol” (iħassar) il-virus. Iżda riċerka li saret fl-aħħar snin turi li n-Nonoxynol-9, li hu tip ta’ deterġent, jista’ jirrita u jdejjaq il-ħajt taċ-ċelloli (l-epitelju) tal-vaġina u l-musrana d-dritta li qiegħed hemm biex jipproteġi l-ġisem mill-mard. Dan jista’ jikkawża qatgħat żgħar, jiekol is-saffi protettivi talġisem, u jħalli lill-mara f’riskju għall-HIV u għal patoġeni oħra li jinxterdu b’mod sesswali. Għalhekk, l-ispermiċidi jistgħu jżidu r-riskju tal-infezzjonijiet trażmessi sesswalment, inkluż tal-HIV.

 

Filwaqt li dan il-lubrikant hu effettiv ħafna fil-prevenzjoni ta’ tqala mhux ippjanata, hu rrakkomandat biss għal dawk innisa li jkunu qegħdin f’relazzjoni ta’ monogamija, billi jintuża tal-aktar darba biss fil-ġurnata. Dawk li mhumiex f’relazzjoni monogama għandhom jużaw il-kondoms biex jipprevenu t-tqala, l-HIV u infezzjonijiet oħra trażmessi sesswalment. InNonoxynol-9 m’għandux jintuża fil-musrana d-dritta fl-ebda għamla - la krema, fowm, ġell, folji rqaq u lanqas pessarji.

 

Dawk li jaħdmu fil-qasam tas-sess (il-prostituti) u li għandhom riskju għoli ta’ infezzjonijiet trażmessi sesswalment u tal-HIV, m’għandhomx jużaw l-ispermiċida għax huma jkollhom x’jaqsmu sesswalment diversi drabi matul il-ġurnata u ma’ aktar minn persuna waħda. Teżisti evidenza ċara li turi li n-N-9 ma jnaqqasx ir-riskju tat-tixrid tal-infezzjonijiet marbuta mas-sess jew mal-HIV fost dawn in-nies. Dak li darba kien imħeġġeġ biex isir minn dawn in-nies biex iħarsu lilhom infushom meta l-klijenti jirrifjutaw li jużaw kondom, issa hu magħruf li fil-fatt jikkontribwixxi fit-tixrid tal-infezzjonijiet fl-industrija tas-sess.

 

 

 

 

L-iżvantaġġi

 

     Meqjusa bħala xi ħaġa maħmuġa

 

     Jikkawżaw reazzjonijiet allerġiċi f’postijiet partikolari tal-

 

 ġisem

 

     Għandhom biss effiċjenza moderata meta jintużaw

 

 waħedhom

 

 

 

Il-vantaġġi

 

     Jipprovdu l-lubrikazzjoni

 

     Aċċessibbli faċilment

 

     Jistgħu jipprovdu protezzjoni mill-infezzjonijiet li jinxterdu sesswalment u mill-HIV

 

     Jistgħu jintużaw ma’ metodi kontraċettivi oħra

 

 

 

Kontraindikazzjonijiet assoluti

 

     Reazzjonijiet allerġiċi għall-ispermiċidi

 

     Effetti oħra

 

     Irritazzjoni f’postijiet partikolari tal-ġisem

 

 

 

Għal iktar informazzjoni fuq l-spermiċidi ara wkoll is-sezzjonijiet fuq il-kondom maskili, kappa tal għonq tal-utru u d-dijaframma.