Uroloġika

L-inkontinenza
L-inkontinenza tal-istress isseħħ minħabba strapazz fiżiku li jitfa' pressjoni fuq il-bużżieqa tal-awrina, u li jikkawża tnixxija. L-inkontinenza hija dovuta għal kontrazzjonijiet irregolari tal-bużżieqa tal-awrina, li joħolqu ħtieġa urġenti biex il-persuna tgħaddi l-ilma.

F'dawk b'anatomija maskili tipika, l-inkontinenza tista' tkun sintomu tad-dijabete, prostata mkabbra, il-marda ta' Parkinson, ċerti tipi ta' kirurġija għall-kanċer tal-prostata, jew kirurġija oħra fuq il-glandola tal-prostata.

Eżerċizzji għal Qiegħ il-Pelvis
L-eżerċizzji għal qiegħ il-pelvis jistgħu jtejbu l-kontroll tal-bużżieqa tal-awrina u tal-imsaren, kif ukoll iżidu l-pjaċir sesswali. Saffi ta' muskoli u ligamenti jestendu mill-għadma pubika sas-sinsla u b'hekk jgħinu biex isostnu l-bużżieqa tal-awrina u l-imsaren, u l-utru meta jkun preżenti.

Meta teżerċita l-muskoli ta' qiegħ il-pelvis, trid tara li ma tiġbidx l-istonku 'l ġewwa , iżżomm in-nifs, jew tissikka l-warrani. Il-muskoli li qed teżerċita huma dawk li kieku tissikkahom biex twaqqaf n-nixxiegħa tal-awrina f'nofsha. Għandek tbattal il-bużżieqa tal-awrina qabel ma tipprova tagħmel dawn l-eżerċizzji, imbagħad tpoġġi fuq siġġu komdu b'irkopptejk ftit 'l bogħod minn xulxin. Int u tagħmel l-eżerċizzji, ara li ma żżommx in-nifs, tiġbed l-istonku 'il ġewwa jew tissikka saqajk jew il-muskolu anali. Issikka l-muskoli għal ħames sekondi u mbagħad illaxka għal ħames sekondi oħra. Irrepeti u asal bil-mod għal intervalli ta' għaxar sekondi.

Infezzjonijiet fil-Kanal tal-Awrina
L-awrina li tweġġa' tista' tkun sintomu ta' STI iżda hija kkawżata b'mod predominanti mill-batterji E. coli. Dawk b'anatomija u fiżjoloġija femminili huma aktar suxxettibbli għal infezzjonijiet fl-apparat tal-awrina peress li hemm distanza iqsar bejn l-uretra u l-anus. Id-dijabetiċi, dawk bi prostatiżmu (minħabba t-tbattil mhux komplut tal-bużżieqa tal-awrina), u l-persuni akbar fl-età huma aktar probabbli li jieħdu dawn l-infezzjonijiet. It-testijiet tal-awrina normalment jitwettqu skont l-istruzzjonijiet tat-tabib tiegħek. Dawn jiġu ttrattati faċilment bl-antibijotiċi.

Huwa rrakkomandat li tixrob ħafna ilma u cranberry juice, li jaħdem billi fi ftit sigħat jirnexxielu jżomm il-batterji milli jeħlu mas-sistema tal-awrina. Jista' jkun hemm bżonn li tara uroloġu jekk is-sintomi jippersistu.